Fil-bidu ta’ Frar, Il-Gvern nieda l-ewwel fażi tar-riforma fil-Qorti tal-Familja li għandha twassal biex tipprovdi lill-familji b’qafas legali aktar effiċjenti u ta’ appoġġ li jista’ jgħinhom jinnavigaw it-tilwim tagħhom b’mod f’waqtu u sensittiv, filwaqt li tkompli tenfasizza l-importanza li jiġu prijoritizzati l-benessri tat-tfal fejn il-bżonnijiet tagħhom ikunu fuq quddiem fi kwalunkwe proċedimenti legali.

Dawn il-wegħdiet, madankollu, jitilfu kull kredibbiltà jekk il-prattika fil-qorti tibqa’ kkaratterizzata minn distorsjonijiet fundamentali. L-aktar punt kruċjali hu li din suppost se jkollha Mħallfin imħarrġa u speċjalizzati, u li l-ħidma tagħhom se tkun ikkumplimentata bi struttura amministrattiva.
Huwa sigriet magħruf li bħalissa f’Malta qed ikollna rġiel affettwati b’mod ħażin għal raġunijiet ta’ preġudizzju sistematiku li jaħdem kontra tagħhom, partikolarment fil-mod kif jiġu ttrattati t-talbiet waqt proċeduri ta’ separazzjoni. U hawn, bla ebda tlaqliq qegħdin nitkellmu dwar rġiel li jidhru quddiem l-Imħallef Jacqueline Padovani Grima.

Jacqueline Padovani Grima
Tafu xi tfisser l-Imħallef Jacqueline Padovani Grima għal bosta familji? Dewmien sistematiku, deċiżjonijiet unilaterali, u tolleranza kważi assoluta lejn strateġiji li jippermettu lil parti waħda ttawwal il-proċeduri.
Digrieti kontra l-parti maskili mingħajr ma tingħata opportunità ġusta biex tiġi mismugħa l-evidenza. Applikazzjonijiet jiġu aċċettati fuq il-verżjoni ta’ naħa waħda biss, filwaqt li l-missirijiet jiġu mqiegħda quddiem fatti deċiżi, bl-argumenti u provi tagħhom effettivament esklużi mill-proċess qabel ma jkunu jistgħu jiġu evalwati.
Madankollu, meta jasal il-mument sabiex il-missier jippreżenta l-każ tiegħu, naraw bidla drastika fil-mod kif titmexxa l-proċedura. F’daqqa waħda, il-proċess isir mgħaġġel b’mod sproporzjonat: l-iskadenzi jitqassru, l-oġġezzjonijiet jiġu miċħuda mingħajr konsiderazzjoni adegwata, u kull spazju għal difiża sħiħa jitnaqqas. L-istess awtorità ġudizzjarja li ppermettiet dewmien estensiv f’fażi waħda, issa tħaffef il-proċess b’mod li jillimita serjament id-drittijiet tal-parti l-oħra.
Dan huwa ksur tal-prinċipju fundamentali tal-ugwaljanza. Mudell ta’ operat li jqajjem mistoqsijiet serji dwar l-imparzjalità u bilanċ ġudizzjarju. Il-perċezzjoni, u f’ħafna każijiet ir-realtà, hija waħda ta’ trattament differenti ibbażat fuq il-ġeneru, b’konsegwenzi diretti u immedjati fuq il-ħajja tal-missirijiet u, b’mod aktar kruċjali, fuq il-futur tat-tfal involuti.

Jacqueline Padovani Grima
Agħar minn hekk, dan l-aġir tad-dardir minn naħa tagħha qed jirrifletti ħażin ukoll fuq il-Gvern, għax minn naħa qed iwiegħed ġustizzja li ma tħares lejn wiċċ ħadd, iżda meta xi raġel jidher quddiemha jiġi umiljat u ttrattat ta’ żibel. Dan kollu jixhduh għexieren ta’ rġiel li bdew jiltaqgħu magħna eżatt wara li bdejna niktbu dwar il-Qorti tal-Familja.
L-ebda infrastruttura moderna, l-ebda skedi proċedurali avvanzati, u l-ebda mekkaniżmi ta’ medjazzjoni ma jistgħu jikkumpensaw għal nuqqas bażiku ta’ smiegħ ġust u bilanċjat. Sistema ġudizzjarja titlef il-leġittimità tagħha meta parti waħda tħossha sistematikament eskluża mill-proċess.

F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti qed jiffaċċjaw għażla ċara u inevitabbli: jew jieħdu azzjoni immedjata biex jindirizzaw dawn il-prattiċi u jirrestawraw il-fiduċja fis-sistema, jew inkella jammettu li r-riformi mħabbra ma kinux aktar minn eżerċizzju kożmetiku li ma jindirizzax il-problema fundamentali.
Dan is-sit se jibqa’ voċiferu fil-konfront tal-Imħallef Jacqueline Padovani Grima. L-aġir tal-Imħallef Padovani Grima qed iwassal għal inġustizzji fil-proċeduri ta’ separazzjoni. Deċiżjonijiet ta’ Imħallef li taħseb li ħadd ma jista’ għaliha għaliex ġejja minn familja elitista, u li qed tqanqal rabja kif ukoll tħassib serju dwar l-imparzjalità istituzzjonali.

Mark Chetcuti
Nisħaq illi l-ebda Imħallef ma huwa ’l fuq mill-iskrutinju. U meta jiġu mqajma allegazzjonijiet serji dwar prattiċi li jistgħu jaffettwaw il-ġustizzja, dawn għandhom jiġu eżaminati b’serjetà u trasparenza. Il- Prim Imħallef huwa fl-obbligu li jisma’ l- karba ta’ għexieren ta’ familji li għaddejjin minn infern minħabba l-Imħallef Jacqueline Padovani Grima u jaġixxi għal ġid komuni.
Fl-aħħar nett, l-Imħallef Padovani Grima tgħid li tħobb iddoqq il-pjanu kif ukoll tagħmilha ta’ ġardinar fil-ħin liberu tagħha. Ikun aħjar jekk tgħaġġel twarrab, tmur tieħu ħsieb xi ġnien u tagħmel spazju għal xi ħadd li verament għandu għal qalbu il-familji.

