Investiment f’MRI ġdid fl-Isptar San Vinċenz de Paul

Neville Gafa

~ 53 seconds ago

Investiment f’MRI ġdid fl-Isptar San Vinċenz de Paul

“San Vinċenz de Paul kompla għaddej b’ħidma kontinwa sabiex jimraħ u jespandi l-operat biex l-anzjani fil-komunità jkunu moqdija b’mod mill-aktar eċċezzjonali. Jekk inħarsu biss lejn l-2026, San Vinċenz de Paul nieda wkoll Renal Unit u espanda l-binja relatata mal-farmaċija, fl-istess waqt li qed jaslu fi tmiemhom ix-xogħlijiet fuq sala psikoġerjatrika li għandha tibda’ topera mill-bidu ta’ Mejju.”

 

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea hekk kif il-Ħamis ġie inawgurat MRI ġdid f’San Vinċenz de Paul, b’investiment ta’ madwar €1.8 miljun kofinanzjat minn fondi Ewropej.

 

 

Ġie spjegat kif dan l-investiment fl-MRI 1.5T, tirrappreżenta qabża importanti fil-kwalità tas-servizzi offruti, peress li tippermetti eżamijiet aktar kumplessi b’livell għoli ta’ preċiżjoni. Dan se jwassal għal dijanjosi aħjar u kura aktar effettiva għall-pazjenti. Tħabbar li s-servizz tal-MRI se jibda jopera mill-ġimgħa d-dieħla, pass importanti ieħor lejn sistema tas-saħħa aktar moderna, effiċjenti u ċċentrata fuq il-pazjent. Sar ukoll investiment fir-riżorsi uman b’erba’ radjografi ġodda li ngħaqdu ma’ San Vinċenz de Paul sabiex jappoġġjaw is-servizz estiż.

 

Is-servizz tal-MRI se jkun disponibbli kemm għar-residenti kif ukoll għal pazjenti ta’ 60 sena jew aktar, bħala parti minn strateġija biex titnaqqas il-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei u jnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija.

 

Malcolm Paul Agius Galea

 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, wera l-apprezzament tiegħu għal kull min kien involut biex dan il-pass sinifikanti jsir realtà, sabiex issa jista’ jħalli l-frott f’termini ta’ servizz eqreb u aktar konvenjenti għall-persuni anzjani.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *