Bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista, kelli l-opportunità li nieħu sehem fil-workgroup tal-Party of European Socialists dwar il-baġit Ewropew li jmiss.
Il-viżjoni tagħna għanda u l-ħidma tagħna għandha tkun lejn baġit li jqiegħed lill-ħaddiem fiċ-ċentru. Baġit b’saħħtu u ġust li ma jħalli lil ħadd lura, u li joffri appoġġ konkret lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.
Dan ifisser investiment aktar serju fl-akkomodazzjoni affordabbli u fl-aċċess għal teknoloġija affordabbli, biex kulħadd ikun jista’ jipparteċipa bis-sħiħ fl-ekonomija moderna u b’ hekk ħadd ma’ jitħalla lura.
Se nkompli nwassal il-messaġġ u l-ideat li għamlu dan il-moviment wieħed rebbieħ, moviment li biddel pajjiż.

