Il-klikka ta’ Stephen Spiteri u Duncan Borg Myatt huma rrabjati hekk kif tħabbar li Tonio Fenech qed jimbotta lil sieħbu tal-Catholic Voices Malta, it-tabib Ray Gatt biex jieħu s-siġġu ta’ Stephen Spiteri fuq d-distrett taż-Żejtun.

Ray Gatt
Huwa sigriet magħruf li Tonio Fenech huwa l-moħħ wara Catholic Voices Malta. Tonio Fenech jibqa’ mfakkar mhux biss għall-iskandli u l-arroganza, iżda wkoll għal meta qal li l-Madonna ddispjaċuta li kien se jidħol id-divorzju.
Huwa sigriet magħruf ukoll li Tonio Fenech reġa’ kiseb saħħa kbira minn meta Alex Borg sar Kap tal-PN u huwa wieħed mill-idejn moħbija jiġbdu l-ispag.

Stephen Spiteri
Il-klikka ta’ Stephen Spiteri huma rrabjati kemm għat-tabib Ray Gatt li qed jgħidu m’ għandu l-ebda esperjenza politika kif ukoll għal Tonio Fenech li qed jimbuttah.
Jidher li Tonio Fenech qed jagħmel sforz biex jieħu lil Partit Nazzjonalista fid-direzzjoni ultra konservattiva tar-reliġjon et patria li wasslet lil Partit għal diversi telfiet.

