Dan is-sit żvela kif taħt Gvern Laburista, l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil spiċċa ‘Senior Manager’ tal-Housing.
Edward Mizzi, li kien parteċipi ma Simon Busuttil fl-akbar gidba politika mill-Indipendenza ‘l hawn, ingħata premju minn Gvern Laburista u sab postu fuq il-ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar.
Is-sorsi tagħna mid-Dar Ċentrali li għamlu kuntatt magħna stqarru ma dan is-sit li dan Edward Mizzi kien minn ta’ quddiem li fl-2018 xerred kliem dispreġġjattiv fil-konfront tal-Gvern Laburista kif ukoll dwar l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Għal nies bħal Edward Mizzi il-kju ma jeżistix. Il-kju jeżisti biss għal dak il-Laburist jew Laburista li jitolbu xi trasferiment intern fuq il-post tax-xogħol.
Il-kju jeżisti biss għal dawk il-ħaddiema Għawdxin li jdumu snin sħaħ fil-kju biex jitilgħu jaħdmu Għawdex, wara snin sħaħ jaqsmu lejn Malta kuljum preċett. Dawk iva, iridu jżommu l-kju.
Dan is-sit se jkompli jikxef aktar dettalji relatati ma l-impjieg tas-Sur Mizzi fl-Awtorità tad-Djar.
2 Comments
Nammirak, ghsc ghandek il-“guts” tikxfilhom ghawarhom.
IL-KJU. Hu fatt li ma jista imerih hadd li kull aministrazzjoni fil-gvern ikolla IL-QJU. Dawk li ikunu fdawn il-kjuijiet umma in generalli is-sangisugi ta-MALTA. OVJA li dawk li ikunu f’dawn il-kjuijiet mux kolla jinqdew. Isijb xi ftit li waqt li bil-wicc tost hu oportunist kollu waqt li qedin fil kju jibdew jindunaw li-mux ha jinqdew, hu emm jibda iberraq bil kbir.