L-Ipokrita’ Frank Anthony Tabone B’ Attakk Fuq Johann Buttigieg

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

L-Ipokrita’ Frank Anthony Tabone B’ Attakk Fuq Johann Buttigieg

Jidher ċar li l-ħatra ta’ Johann Buttigieg bħala Chairman Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar qed tinkwieta mhux ftit lill-Partit Nazzjonalista.

 

Ġibduli l-attenzjoni dwar kummenti ta’ Frank Anthony Tabone fil-konfront ta’ Johann Buttigieg fil-ħatra tiegħu ta’ Chairman Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar.

 

Frank Anthony Tabone li kien dak il-Fizzjal li ħareġ bl-idea li ssir tfittxija fid-dar ta’ Joseph Muscat u li għandu l-abbiltà divina li jkun f’żewġ postijiet differenti fl-istess waqt, iddeskriva lil Johann Buttigieg bħala persuna immarkat minn kontroversji.

 

 

Kien dan is-sit li żvela mhux kontroversji iżda FATTI dwar Frank Anthony Tabone. Għal żmien twil, il-Kandidat Nazzjonalista kien jattendi l-Università waqt il-ħin tax-xogħol bħala Fizzjal fil-Korp tal-Pulizija.

 

Frank Anthony Tabone kien Full Time u jaħdem Office Hours bħala Fizzjal fil-Korp, u fl-istess waqt kien jattendi l-Università għal kors Full Time tal-Liġi. Dan ifisser li fil ħin tax-xogħol kien ikun ukoll l-Università għall-kors tal-Liġi. 

 

 

Għaddew diversi ġimgħat mindu dan is-sit żvela dawn il-fatti, iżda sa issa Dr. Tabone baqa’ ma wieġeb xejn.

 

FATTI mhux kontroversji Dr. Tabone.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *