Illum sirna nafu l-logħba maħmuġa li ntlagħbet fil-Qorti.
Repubblika talbu l-inkjesta dwar l-isptarijiet fl-2019. Joseph Muscat ma jissemma’ mkien.
F’ Novembru 2021 jidhru artikli dwar konsulenza li Joseph Muscat ħa għal xogħol li għamel wara li spiċċa minn Prim Ministru.
Repubblika ħarġu bħas-soltu jiktbu biex issir investigazzjoni. Iżda fejn issoltu jiktbu lil Maġistrat, din id-darba kitbu lil Kummissarju tal-Pulizija.
In-Nutar tal-Kurja xehed li dan għamluh fuq parir legali. Jiġifieri b’ mod maħsub.
Għaliex?