B’referenza għall-artiklu intitolat “Pierre Portelli U L-Gidba Tal-Egrant”, qed nippubblika Right of Reply mibgħuta minn Pierre Portelli;
“Neville, din mhux fattwali. Jien qatt ma stajt nammetti li ingħatajt dokumenti foloz għax kien il-Maġistrat Bugeja li ordna studju forensiku li kkonkluda li l-isem u l-firem fuq id-dokument ma jikkorispondux.
Jekk taqra’ r-rapport tal-inkjesta ssib li l-Maġistrat qatt ma żammni responsabbli, anzi irringrazzjani li d-dokument li tawni għaddejtulu, u qatt ma ppublikajtu. Fil-fatt, fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-pulizija, lili ma indikanix bħala persuna ta’ interess għax għaraf li jien għamilt xogħoli.
Napprezza jekk tista’ tikkoreġi l-impressjoni żbaljata li toħroġ mill-artiklu.”
Kumment editorjali;
Pierre Portelli Ikkonferma li ngħataw lilu dokumenti. Qed jgħid li ma kienx jaf li foloz.
3 Comments
tghid nemnuh li ma kienx jaf li kienu foloz….
s’issa…il-hobz kulhadd minn halqu jieklu………..
nieqaf hawn…..
Sur Portelli , nahseb li il persuna jew persuni li tathek id dokumenti foloz kienet taf li huma foloz ghalhekk int qieghed tahbi lill min kien il mohh ta dan l’att infami . ghalija u ghal hafna ohrajn int komplici ta dan l’att imjantan . dephni ikkankratilkom mohkom bil mibeda .
Is-Sur Portelli kkonferma li jgħataw lilu dokumenti li wara għaddiehom lill-maġistrat li kien qed imexi l-inkjesta. Wara rriżulta li dawn kienu foloż!! Is-Sur Portelli jaf min tagħhomlu u jaf xi ħsara kbira li saret lil Michelle Muscat li lilha ġew imputati!!! Wara x’għamel?? Tajjeb inkunu nafu. Il-pulizija x’għamlet biex tkun taf min għamilhom?? Nistgħu nkunu nafu??