Il-Pulizija ma kellhom l-ebda struzzjonijiet biex ma jibgħatu l-email lil ħadd aktar

Neville Gafa

~ 1 week ago

Il-Pulizija ma kellhom l-ebda struzzjonijiet biex ma jibgħatu l-email lil ħadd aktar

Każ solvut bl-assistenza tal-Gvern dwar żewġ persuni arrestati fuq ‘mistaken identity’ jintuża mill-media suppost indipendenti bil-għan li jkomplu joskuraw lil Keith Schembri.

 

 

 

F’dan il-każ, żewġ ċittadini Maltin ġew arrestati għax inzerta jisimhom eżatt bħal żewġ persuni oħra imfittxija mill-interpol.

 

Minkejja li huwa dover tal-Gvern li jassisti lil ċittadini f’każijiet bħal dawn,  fil-qorti il-bieraħ, ċertu sezzjonijiet tal-media ogħġobhom minflok jiffukaw fuq l-għajnuna li ngħatat malajr, jiffukaw fuq il-fatt li c-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kellu aċċess għal email fejn kien qed jiġi deskritt dan il-każ.

 

Din l-email kellhom aċċess għaliha diversi persuni inkluż l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali, il-pulizija u uffiċjali oħra tal-Gvern.

 

Minkejja li l-media pprovat taghtie l-impressjoni li kienet xi ħaġa straordinarja li uffiċju bħal ta’ Keith Schembri jkollu dan l-aċċess għal dawn it-tip ta’ emails, dan l-Uffiċju kien jitratta ħafna każijiet kif kien id-dmir tiegħu.

 

Waqt li persuni li jkollhom bżonn assistenza t’emerġenza barra minn Malta huma mitluba jikkuntattjaw lill-ambaxxatur tal-pajjiż li huwa appuntat mill-Gvern, il-ħidma biex jinġieb lura trid issir b’kollaborazzjoni ma numru ta’ awtoritajiet inkluż mill-Gvern stess.

 

Sezzjonijiet ta’ media suppost indipendenti tant riedu joskuraw lil Keith Schembri billi għażlu li jirrappurtaw liema partijiet riedu huma minn dak li seħħ fil-qorti kif jagħmlu f’ħafna mill-każi.

 

Keith Schembri kellu d-dritt li jkollu aċċess għal din l-email u d-dmir li jassisti f’dan il-każ

 

 

Fil-fatt l-argumentazzjoni tad-difiża li kienet tispjega għalfejn Keith Schembri kellu d-dritt li jkollu aċċess għal din l-email u d-dmir li jassisti f’dan il-każ, l-anqas ġiet irrappurtata.

 

Ma ġietx irrappurtata l-anqas ir-risposta ta’ wieħed mix-xhieda fil-kontro ezami li kkonferma li l-pulizija ma kellhom l-ebda struzzjonijiet biex ma jibgħatu l-email lil ħadd iktar.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala January 10, 2025

    Il-media Maltija hi in-generaly parti sostanzjali min dik li tisjah IS-SAHTA TA MALTA.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *