Live mill-Qorti : Kawża Vitals

Neville Gafa

~ 4 days ago

Live mill-Qorti : Kawża Vitals

Il-Qorti aġġornat għall- 24 ta’ Frar 2025.

 

Aktar qabel:

 

Id-difiża qed tagħmel il-punti tagħha dwar in-nuqqas tal-espert Jeremy Harbinson, il-klijent ta’ Dr. Peter Fenech, li b’mod sottili qed jagħmel minn kollox biex ma jiġix jixhed fiżikament.

 

 

Meta Dr. Refalo għan nom tal- prosekuzzjoni intalab jikkonferma liema parti tal- Irlanda jgħix Jeremy Harbinson, dan ma kienx jaf! Wara xi ħin informa lill-Qorti li dan jgħix l- Irlanda ta’ Fuq.

 

 

 

Aktar qabel;

 

 

Meta mistoqsi mid difiża, Dr. Azzopardi spjega li d- dokumenti ingħataw lilu permezz ta’ email. Ikkonferma li qatt ma mar Malta Enterprise sabiex jara l-oriġinali.

 

Avviċinaw lilu għax ma felħux jaraw li tali dokumenti ma ngħatawx lill-Qorti.

 

Minn naħa tagħha, il-Qorti ma tista’ tagħmel xejn li twassal tinkixef l-identità tal-klijenti.

 

Dr.Azzopardi ikkonferma li l-klijenti tiegħu ikkonfermaw li l-imsemmija dokumenti kienu il- Malta Enterprise meta saret is-search.

 

Tiġi konkluża x-xhieda ta’ Jason Azzopardi.

 

Aktar qabel;

 

 

Jason Azzopardi

 

 

Jitla’ jixhed Dr. Jason Azzopardi.

 

Dr. Azzopardi jispjega kif ingħataw lilu dokumenti. Għaddewlu tlett rapporti tal-Malta Enterprise u talbuh jgħaddihom lill-Qorti.

 

Il-limitu kien li ma jesponix l-identità tal-klijenti. Taħt l- ebda ċirkostanza ma għandu l-permess li  jikxef l-identità tal-klijenti. Saħaq li għal xi raġuni jew oħra dawn id-dokumenti ma kienux ingħataw lill-Qorti meta Malta Enterprise intalbu jagħmlu dan.

 

Ikkonferma li tnejn mill-ħames dokumenti kienu diga’ ġew sottomessi. Għaldaqstant, minn ħames dokumenti li skont Jason Azzopardi ma kienux ingħataw lill-Qorti, issa niżlu għal tlieta.

 

Aktar qabel;

 

Il-prosekuzzjoni ġiet infurmata permezz ta’ rikors  minn Dr. Jason Azzopardi li għandu xi dokumenti u li qed jitlob li jiġu ppreżentati.

 

Dr. Gianella spjegat li dan mhux il-mod li jitressqu l-provi.

 

Saru interventi oħra relatati minn avukati oħra tad-difiża.

 

Il-Qorti tinforma li ma tistax taqbel li Dr. Azzopardi mhux qed jitressaq skont il-proċedura u għaldaqstant sejra tisma’ x-xhieda tiegħu.

 

Aktar qabel:

 

 

Tkompli tinstema l-kawża tal-Isptarijiet.

 

 

 

Tajjeb infakkru li l-persuna li ħadet responsabilta’ tar-rapport tal-esperti, Jeremy Harbinson, qed jisfida lil Qorti u jgħid li ma jistax jiġi Malta.

 

Permezz ta’ Dott Peter Fenech, Harbinson qed jgħid li ma jistax jagħti data meta jiġi Malta għax skont hu ghandu l-mara ma tiflahx.  Is-Sinjura Harbinson hija direttur miegħu fil-kumpanija li qed ixolji u li tħallset €11 miljun għal rapport mimli taħwid.

 

 

 

 

 

 

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala January 15, 2025

    Skont lexpert tal-qortri appena thalas min flus il-poplu Malti akwesta ranch fis-Slovakia. Tal-bierah kienet interesanti ghax baqa jistma lt-talba tal-qorti f’sormu.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *