Simon Busuttil reġà għamilha..
Permezz ta’ Stqarrija maħruġa minn Repubblika sirna nafu li Simon Busuttil se jkun Il-kelliem ewlieni fil-vejla nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar 2025.
Konna insejna anke ismu wara t-tkaxkira għal Alla li ħalqu li tah Joseph Muscat fl-2017.
Iżda lil hinn minn hekk, ir-ritorn ta’ Simon Busuttil ġab sens ta’ rabja fil-Partit Nazzjonalista. Ejja ngħidu kollox. Inpoġġu saqajna fiż-żarbun tagħhom. Simon Busuttil jfisser għal PN telfa elettorali massiva u umiljanti. Li ġġarrab tkaxkira elettorali b’36,000 vot diskrepanza mhux biss hi umiljanti, iżda katastrofika.
Ir-ritorn ta’ Simon Busuttil, il-profeta tad-dlam, kif ukoll ta’ Louis Galea li qed jaħdem minn wara l-kwinti jirriflettu l-istat fqir li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista.
Aħna l-Laburisti minn naħa tagħna nawguraw lil Simon Busuttil għal ritorn tiegħu. Bih fil-filliera ta’ quddiem fil-Partit Nazzjonalista se tkun garanzija għal rebħa oħra Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.
1 Comment
Jien tant kienet sorprisa ghallija din tar-ritorn ta BARRA BARRA BARRA li saqsejthom ghandhomx hu joi=frux transport bxiejn hu ga ippreparajt borza bewl ghal-li-kista jinqala.