Repubblika lil Bernard Grech :” Nikkmandaw Aħna, Mmmexxu Aħna!”

Neville Gafa

~ 3 days ago

Repubblika lil Bernard Grech :” Nikkmandaw Aħna, Mmmexxu Aħna!”

Matul l-aħħar ġimgħat, min hu intiż fil-politika seta’ jinnota movimenti ġodda fil-Partit Nazzjonalista.

 

Movimenti li jindikaw bidla fl-istrateġija, fejn il-fergħa estrema tal-PN bdiet tieħu l-kmand u tiddetta l-aġenda politika tal-Partit.

 

Repubblika hija l-fergħa estrema tal-Partit Nazzjonalista

 

Repubblika, mmexxija mill-aħwa Aquilina qedgħin ikunu il-porta voci tal-PN. Wieħed jinnota li kważi kull stqarrija li qed joħroġ il-PN qed issir permezz ta’ Carol Aquilina. Minn naħa l-oħra, Robert Aquilina, in-nutar tal-Kurja, dak li tarah miexi barra jagħtik l-impressjoni ta’ xi qaddis miexi fl-art, ikompli jibni fuq l-aġenda ta’ ħuh. Aġenda estrema stil faxxist fejn kull min ma jaqbilx magħhom jagħmlu minn kollox biex jbellgħuha lill-poplu li dawk l-individwi huma kriminali.

 

Fl-aħħar jiem spikka l-odju naturali li għandu Robert Aquilina lejn il-Partit Laburista u l-esponenti tiegħu. Iddeskriva lill-PL mhux bħala avversarju iżda bħala organizzazzjoni kriminali.

 

Iżda dwar dan nitkellmu darb’ oħra.

 

Din il-bidla fl-istrateġija, fejn il-fergħa estrema tal-PN qed tiddetta l-aġenda, turi ċar kemm hu politikament impotenti il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. Huwa messaġġ ċar minn Repubblika ta’ “Nikkmandaw Aħna, Mmmexxu Aħna!”

 

Wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Bernard Grech ħaseb li bil-ħila tiegħu il-Partit Nazzjonalista jista’ jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ħsieb li internament il-PN jafu sew li mhux fattwali.

 

Minn naħa l-oħra, Repubblika u l-alleati tagħhom jemmnu li bir-ritorn ta’ Simon Busuttil kif ukoll bil-kontribut ta’ Louis Galea wara l-kwinti jistgħu iżidu l-appoġġ popolari. Membri Parlamentari Nazzjonalisti li tkellmu ma dan is-sit saħqu li “tal-anqas konna nistennew pjan strateġiku ġdid. Għax huwa sigriet magħruf li l-politika ta’ Simon Busuttil mhux aċċettabbli u milqugħa mill-elettorat. Mhux postu fit-tmexxija jew fit tfassil tal-politika tal-Partit.

 

 

 

Lil min taf tistaqsix għalih. Simon Busuttil, il-profeta tad-dlam, ma jista joffri xejn għajr politika negattiva. Dan huwa politiku skadut u midfun taħt sitt piedi negattivita’.

 

Dan kollu juri li l-futur qarib tal-PN xejn ma hu ċar. Iżjed ma toqrob l-elezzjoni ġenerali, iżjed qed tikkomplika ruħha l-qagħda politika interna tal-Partit. Dan se jwassal biex Bernard Grech se jkun aktar moħħu biex isalva ġildu milli ffukat fuq il-ħidma politika.

 

 

Bernard Grech, zomm f’moħħok dawn il-messaġġ ta’ Repubblika: “Nikkmandaw Aħna, Mmmexxu Aħna!”

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *