Robert Aquilina, in-nutar tal-Kurja, dak li tarah miexi barra jagħtik l-impressjoni ta’ xi qaddis miexi fl-art, ħareġ jattakka kemm jiflaħ lill-Maġistrat Nadine Lia għaliex ma laqgħetx it-talba ta’ Repubblika, il-fergħa estrema tal-PN.
Dawn l-attakki jagħmluhom u jibqgħu jagħmluhom kull darba li l-Qrati jiddeċiedu kontra dak li jridu huma.
Għaddew jumejn minn dan l-attakk, imma oħroġ -il għaġeb, il- Kamra tal-Avukati għadhom mank lissnu kelma. Jidher li meta jitkellmu ta’ Repubblika jew xi wieħed minn tagħhom dlonk jagħmlu sarima ma ħalqhom biex żgur ma jaqawx fit-tentazzjoni u joħorġu xi stqarrija ta’ kundanna.
Fejn hi l- Kamra tal-Avukati?
Jew issa ma tistax għax kompromess Peter Fenech l-avukat tal-espert Jeremy Harbinson, wieħed mill-esperti forensiċi li li ħadu l-flus u ħarbu?
Fejn iridu biss jikkundannaw il-Kamra tal-Avukati?
Tajjeb li nfakkru li l-Avukat Peter Fenech huwa l-President tal-Kamra tal-Avukati sal-2026.