David Felice hu perit ta’ kumpanija jisimha AP.
Kulħadd jgħid kemm hu ġentlom. Il-fatti huma li l-kumpanija tiegħu kielet kemm felħet kuntratti tal-Gvern fi żmien seħibhom RCC.
Nhar it-Tnejn wissiena f’ The Times li mexjin ghal “economic train crash”. Il-bozzoz ħomor ta’ Simon ta’ Dlam qed jarahom hu.
Nittama li l-pjanti jagħmilhom aħjar mill-istqarrijiet tiegħu fuq l-ekonomija.
Mhux l-ewwel darba li l-Perit Felice għamilha ta’ Nostradamus dwar l-ekonomija.
Kif tela’ l-Labour fl-2013 kien wissiena “We seem to be waiting for the property market to return to its continuous and high rate of growth. I do not think it will and we shall see a much slower increase in value in the longer term.”
Xafra qata’ għax kulħadd jaf x’ ġara mill-prezzijiet tal-propjeta’.