Robert Gabriel Mugabe kulħadd sema’ bih. Serva tmien snin bħala Prim Ministru kif ukoll President taż-Żimbabwe għal tletin sena sħaħ.

Robert Gabriel Mugabe
Iżda aħna l-Maltin m’għandniex għaliex niskantaw. Għandna żewġ Presidenti li tant jaħsbu li huma indispensabbli li ilhom għexieren ta’ snin fil-kariga ta’ President; Pawlu Pace u Martin Balzan.
Pawlu Pace huwa l-President tal-MUMN. Fl-aħħar xhur kien qed jiġi investigat dwar miżapproprjazzjoni ta’ fondi fuq abbuż ta’ sahra. Minkejja dan u ħafna aktar, baqa’ mkaħħal mas-siġġu u ma wera’ ebda rispett lejn l-union u l-membri tagħha. Dwar Pawlu Pace dan is-sit se jkun qed jiżvela aktar dettalji.
Martin Balzan ilu tletin sena President tal-MAM. Nazzjonalist li ma jiflahx jara l-Partit Laburista fil-Gvern. Huwa aktar fin minn Pawlu Pace izda tal-istess pezza. Tabib li ilu snin ma jagħmel xejn ħlief jirkeb fuq dahar il-Union tat-tobba għax ħadd ma jrid imexxiha.
Ma jridx isejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja għax skont hu 140 tabib biss iffirmaw. Jibża’ minn vot sigriet għax jaf li jaqla’ tkaxkira papali.
Stil dittatorjat.
Mhux ta’ b’xejn li dawn iż-żewġ Unions sejrin lura bħal granċ.
Persuni li jibqgħu jokkupaw karigi għal tletin sena sħaħ iwasslu għall-kolass tal-għaqdiet jew istituzzjonijiet li jmexxu. Iżda’ bħal Mugabe, Pawlu Pace u Martin Balzan insew xi tfisser il-kelma Demokrazija.