Skont Joe Sammut, Ian Borg, li jiġi l-Ministru tiegħu, ma jafx kif sab ruħu fejn jinsab illum. Robert Abela nesa’ l-bażi tal-Partit u mhux se jkun sorpriż li l-Labour jitlef l-elezzjoni ġenerali li jmiss.
F’ħin minnhom, u wara li kien ilu jivvomta kontra l-Gvern Laburista, ħares madwaru u dlonk għaraf wieħed mill-Maltin.
Sintendi, minn dak il-ħin waqa’ fil-muta. Talab għal kont, ħallas u qam minn fuq il-mejda biex jitlaq ‘il barra.
Iżda l-kbir għadu ġej. Wieħed mill-Maltin li kienu bilqegħda biswit il-mejda tiegħu, affrontah.
Ngħidilkom aktar fl-artiklu li jmiss.