L-ISKANDLU TAŻ-ŻEJT FL-ENEMALTA: TIFKIRA QARSA TAL – PALADINI TAL – ĠUSTIZZJA

Neville Gafa

~ 4 weeks ago

L-ISKANDLU TAŻ-ŻEJT FL-ENEMALTA: TIFKIRA QARSA TAL – PALADINI TAL – ĠUSTIZZJA

Fl-aħħar snin tal-amministrazzjoni Nazzjonalista, qabel l-2013, il-poplu Malti ġie tradut minn dawk li suppost kienu qed jaħdmu għall-ġid ta’ pajjiżna. L-iskandlu tax – xiri taż-żejt fl-Enemalta huwa simbolu ta’ kemm l-għatx għall-flus u l-poter kapaċi joħloq ħsara lil kull ċittadin Malti. Ħarsu lura u ftakru fl-ismijiet bħall-Ministru Austin Gatt, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, u l-katina ta’ nies korrotti li kienu madwarhom – kollha imċappsa f’din l-istorja ta’ tradiment nazzjonali.

 

 

MIN KIEN INVOLUT?

 

Fiċ-ċentru ta’ dan kollu kien hemm George Farrugia, il-“middleman” li ftiehem mal-uffiċjali tal-Enemalta biex jagħmel deals fuq iż-żejt. Huwa ħallas kummissjonijiet kbar taħt il-mejda lil nies bħall-ufficjali gholja Nazzjonalisti fl -Enemalta. Dawn kienu qed jiġbru miljuni minn ħlasijiet moħbija f’kontijiet bankarji fl-Iżvizzera, waqt li l – poplu kien qed iħallas l-prezz – bil-kontijiet tad-dawl jogħlew u bil-kumpaniji Maltin jitilfu l-kompetittività tagħhom.

 

Austin Gatt

 

Austin Gatt, bħala Ministru responsabbli għall-Enemalta, ma jistax jinħeba minn dan il-fjask. Minkejja li baqa’ jsostni li ma kien jaf xejn, l-iskandlu kien qed jiġri taħt imnieħru. Huwa kien implikat direttament fl-immaniġġjar ħażin tal-Enemalta, u ħafna jemmnu li l-għajnejn magħluqa tiegħu kienu intenzjonati. Lawrence Gonzi, dak iż-żmien Prim Ministru, kien jaf jew tal-anqas kien mistenni jħares, iżda għal xi raġuni, kollox baqa’ għaddej bħal donnu ma ġara xejn.

 

 

KIF ĠARA DAN KOLLU?

 

L-iskema kienet ċara: kumpaniji barranin li kienu jipprovdu ż-żejt lill-Enemalta kienu jikkuntattjaw lil George Farrugia, li mbagħad jassigura li dawn jirbħu kuntratti. Farrugia kien imbagħad jagħti ħlasijiet ta’ eluf ta’ ewro lil uffiċjali Maltin biex iġiegħel l-Enemalta tagħżel dawk il-kumpaniji. It-trasferimenti tal-flus kienu jmorru minn kontijiet bankarji moħbija u “slush funds” li qatt ma kienu se jiġu skoperti…

 

Lawrence Gonzi

 

 

IL-KONT ĦALLSU L-POPLU

 

Filwaqt li dawn il- korrotti kienu qed jiehdu ġid personali, il-poplu kien qed jissara. Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma splodew. Malta spiċċat b’rata għolja ta’ tniġġis minħabba infrastruttura enerġetika antikwata li qatt ma ġiet modernizzata. In-negozji tagħna tilfu l-kompetittività tagħhom, u ħafna familji spiċċaw ifallu jlaħħqu mal-għoli tal-ħajja. Meta l-flus tal-pajjiż jiġu misruqa, il-ħlas isir minna lkoll.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. GINO DEGIORGIO January 29, 2025

    U inkompli fejn kunpanija tal petrolium SHELL kienet ser tiehu lil gvern jew lill EneMalta il qorti bi provi ta korruzzioni u l’avukat tal kunpanija hadd hlief il bravu u gellied ghas sewwa il famus Simon Busutil ghamel arrangamenti mal gvern biex ihallas lix SHELL , 5000000 , HAMES MILJUN LIRI MALTIN , bhala out of court settlement u b’hekk il poplu Malti hallas biex id dnub ta GONZI u shabu jindifen …. tajjeb li il poplu ma jiensix u iz zaghzah ikunu jafu meta Malta kienet vera stat korrot u mxajtna

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *