Li l-Partit Nazzjonalista huwa espert fl-ipokrezija ilna nafuha. Wiċċhom qagħad għal kollox.

Il-PN jinsab immexxi minn kap li jekk mhux ibati mid-dimensja, allura huwa ħmar tas-sienja.
Għaliex qed ngħid hekk?

Mela matul il-jum tas-Sibt, il- Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna li “biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista’ jserraħ rasu fuq is-sigurtà tiegħu għandna bżonn tmexxija ġdida li żgur ma tistax tinkludi lil Byron Camilleri.”
Dan b’reazzjoni għar-rapport tal-ombudsman, il-puppatur ex Imħallef Joe Zammit Mckeon dwar it-tmexxija tal-Ħabs ta’ Kordin bejn Lulju tal-2018 u Diċembru tal-2021.
Dan is-sit se jkun qed ifakkar lil Bernard Grech dwar l-istat skandaluż li kienu ħallew il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin Gvernijiet Nazzjonalisti.
Gvern Nazzjonalista ħalla ħabs “mekka” tat-traffikar tad-droga. Dak li kienu jgħidu l-istituzzjonijiet dwar il-ħabs fi żmien Gvern Nazzjonalista!
Is-sitwazzjoni llum hi ferm differenti minn hekk, kif jirrikonoxxi r-rapport stess.
a. Il-politika tal-ufficjali tal-PN kienet li jħallu l-ħabs immexxi mill-barunijiet tad-droga, ħabs invażat droga,
b. jekk uffiċjal kien jieħu azzjoni kontra wieħed mill-bażużli, kien jieħu transfer (jgħidha r-rapport stess) u
c. bla ebda forma ta’ rijabilitazzjoni.

Bernard Grech
Sur Kap tal-Oppożizzjoni, fuq ħabs mimli illegalitajiet u droga – ma tibni l-ebda rijabilitazzjoni.
Fl-artiklu li jmiss se nkunu qed nidħlu f’ aktar dettalji. Dan sabiex nuru kemm Partit Nazzjonalista huwa espert fl-ipokrezija.


1 Comment
Saqsieh naqra kemm kienu jaharbu inmates fi zmienom mil habs u kemm harba kemm ilu il gvern presenti jigverna lil dan il qartas ta lipurgar