Illum The Times ħarġu jgħajjtu b’ ħanġra daqshiex li l-popolazzjoni Maltija tista’ tonqos bin-nofs fi żmien 45 sena.
Qed jikkwotaw esperti fil-qasam.
Ħasra li lil dawn l-esperti ma kellmuhomx meta kienu qed jimbuttaw l-aġenda tal-overpopulation.
Sa’ ftit tal-ġimgħat ilu kienu qed iwerwru lil kulħadd li l-pajjiż full up.
Kull ma kien hemm bżonn li l-Gvern jieħu miżuri biex ineħħi ċertu abbużi.
Tgħid se jbiddluha issa l-karikatura?
Tgħid in-Nazzjonalisti se jbiddlu d-diska?
Tgħid se jitgħallmu ċertu Laburisti ma jkunux pappagalli ta’ ħaddieħor?