Tlett xhur ilu Ryan Callus attenda attività għal studenti organizzata mill-Kamra tal-Inġiniera. Matul din l-attività ltaqa’ ma’ ħaddiem tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, li kien qiegħed ma’ stand biex joffri informazzjoni.
Issa dawn tal-Korporazzjoni għaddilhom minn moħħhom biex l-unika ritratt li rċivew tal-ħaddiem jagħmlulu ftit photoshop… u flok Ryan Callus poġġew lil xi ħaddieħor.
Ngħiduha kif inhi, dawn tal-Water setgħu evitawielu din il-kedda. Għax dan Ryan ma ħadha tajba xejn!
Mar fuq il-ġurnali. Qgħad itella’ l-Facebook posts. Bgħat lil media tan-Net joqgħodu jistaqsu. U saħansitra daħħal 4 mistoqsijiet parlamentari dwar kif kien hemm min qalgħu ‘l barra minn ritratt.
Bl-Ingliż jgħidu ‘If you can’t stand the heat, get out of the kitchen’. U dan Ryan Callus mhux talli “he can’t stand the heat” talli jaġixxi ta’ baby kbir.
Dan Callus ħaseb li Malta kellha tieqaf minħabba ritratt. Allura mar jiġri fuq Facebook, biex għal darba, tnejn “jikxef din l-inġustizzja”. Imbagħad mar fil-Parlament jesiġi li ttieħed azzjoni.
Ried lill-Ministru Miriam Dalli tkeċċi lil min għamel il-photoshop; bagħat ġurnalist tan-NET b’rasu baxxuta jistaqsi waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Il-Korporazzjoni skużat ruħha. Imma dan kollu ma kienx biżżejjed… daħħal skoss mistoqsijiet parlamentari.
Ara vera bikkej. Gażaża jonqsu.
U l-istorja ma tieqafx hawn. Se ntikom aktar informazzjoni dalwaqt.
2 Comments
omg X wahda din. IL veru tad dahk. lanqas irid jidher ukoll
They never learn .