Isellmu lil Edward ix-Xiħ biex jifirxu t-tapit lil Edward ż-żgħir?

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Isellmu lil Edward ix-Xiħ biex jifirxu t-tapit lil Edward ż-żgħir?

Illum stennew xita ta’ awguri lil Edward Fenech Adami, dak li kien nstab ħati li llibella lil Alfred Sant  lejlet l-elezzjoni tal-1996.

 

Illum Edward Fenech Adami għandu l-birthday. Ilu għoxrin sena li spiċċa min kap.

 

Simon Busuttil, Adrian Delia u Bernard Grech qatt mhuma se jkunu Prim Ministri. Ir-rwol ta’ Bernard Grech huwa li jsodd it-toqob sakemm jitfaċċa l-Messija.

 


Min se jkun l-Messija? Ma nafx. Imma li naf huwa li Beppe Fenech Adami kellu aspirazzjonijiet li jkun fit-tmexxija tal-PN izda bħala Deputy Leader falla.

 

Naf ukoll li Beppe għandu tifel avukat u tafu x’jismu? Eżatt bħan-nannu! – Edward Fenech Adami.

 

L-elezzjoni li ġejja Metsola mhux se tiġi u l-PN se jerġa’ jitlifha.

 

Edward Fenech Adami


Però wara l-elezzjoni li jmiss Edward Fenech Adami ż-żgħir ikollu żmien daqs kemm kellu Joseph Muscat meta sar Mexxej.

 

Tgħid ikun ż-żmien li jitfaċċa l-Messija wara ħafna kapijiet falluti?

 

Dawk l-imsieken li llum se jkunu qed jawguraw lix-Xiħ ftit li xejn jistgħu jimmaġinaw x’ikun qed jinħema minn wara l-kwinti.

 

L-isem Edward Fenech Adami jaf jiddomina lil PN għal seklu sħiħ.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Il Mixtri February 8, 2025

    Qieghed fil-politika, dan? Jaf jitkellem? Firkas ħallewh jidħol! Dan bħall-PM—mhux billi missieru kien tajjeb ifisser li t-tifel hu tajjeb daqsu. Anzi, ġeneralment nies bħal dawn ikunu biss dell ta’ missierhom, speċjalment jekk jimxu pass pass warajhom. Jiġifieri, jekk kif qed tgħid int, għandhom 10 snin oħra fl-oppożizzjoni… ċaċċap, gahan!

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *