Hekk kif il-Partit Laburista ma kellux jaqta’ rasu bid-distakk ta’ 12,000 vot, hekk ukoll ma jistax jimliha għax dan id-distakk żdied għal 16,000.
Il-verita’ hija iżda li l-Partit Laburista reġà żied filwaqt li l-Partit Nazzjonalista baqa’ fejn kien.
F’ termini ta’ statistika hemm bżonn jgħaddi aktar żmien biex wieħed jikkonkludi jekk dan hux bidu ta’ trend favur il-PL.
Ironikament, bit-tnedija ta’ ħafna partiti żgħar li ppożizzjonaw ruħhom kontra l-Gvern, dawn tilfu voti lejn l-istess Gvern.
X’ ġara minn Ottubru lil hawn?
Il-Gvern jinsab aktar iffukat fuq il-ħidma tiegħu u l-effetti tal-budget bdew jinħassu.
Il-Prim Ministru u l-PL bdew eżerċizzju li ukoll jinħass fejn qed jersqu lejn Laburisti li huma diżillużi. Fadal ħafna x’ isir iżda hawn ukoll l-effett beda jinħass.
Il-PN reġà beda jiżfen id-diska tal-fazzjoni estrema tiegħu.

Simon Busuttil
Rega’ tfaċċa Simon Busuttil. Kif jarawh, in-nies jimxu lejn il-PL.
1 Comment
Erba sillabi min Dr Joseph Muscat u Il kastell yet ramel li bnew ir Repubblika / establishment / pn , jkompli bil mod Il mod jiggarraf