Meta l-Onorevoli Ryan Callus tneħħa minn ritratt…

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Meta l-Onorevoli Ryan Callus tneħħa minn ritratt…

Illum se nkompli naqsam magħkom is-saga ta’ meta l-Onorevoli Ryan Callus tneħħa minn ritratt u tant ħa għalih li ried jipprova jieħu raġun fil-Parlament.

 

Spiċċat quddiem il-Parlament għax Callus, wara li l-istorja ma kibtritx biżżejjed fuq il-ġurnali għax bdew jgħidulu li qed jagħmel għaġeb mix-xejn, mar il-Parlament jistaqsi fuqu nnifsu.

 

 

Investigazzjoni sħiħa: Min? Kif? Fejn? Meta? Fix-ħin? Talab anke’ biex jittieħdu passi dixxiplinarji kontra min uża l-photoshop. Insomma, litanija ta’ mistoqsijiet għax l-ego mweġġa.

 

Għal darb’oħra, il-Ministru Miriam Dalli reġgħet qatatlu l-għatx bil-perżuta u saħansitra kixfet kemm jgħaġibhom għal xejn.

 

Miriam Dalli


Araw ftit ir-risposta. Miriam Dalli qalet kif Ryan Callus mhux biss kellu l-informazzjoni imma saħansitra żar il-kumpanija. Biex jieqaf jibki, anke r-ritratt tellgħulu fuq is-social media.

 

 

Ara biex tgħabbew tal-Partit Nazzjonalista wkoll.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *