26 sena wara, xi nbidel minn dakinhar ‘l hawn?

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

26 sena wara, xi nbidel minn dakinhar ‘l hawn?

Minn Korrispondent – Birżebbuġa

 

Kien l-10 ta’ Frar 1999. Malta fakkret il-festa tal-Qaddis Patrun Tagħha San Pawl. F’din il-ġurnata, l-Arcisqof ta’ Malta, Monsinjur Ġużeppi Mercieca għamel apologija pubblika għall-iżbalji li wettqet il-Knisja ta’ Malta fi żmien il-kwistjoni politiko-reliġjuża tas-Snin Sittin.

 

 

Wieħed jistaqsi, Illum, 26 sena wara, xi nbidel minn dakinhar ‘l hawn?

 

Kif qed naraw u nisimgħu ċerti qassisin għadhom ma jniżżlux lill-Partit u l-Gvern Laburista u dak kollu li jwettaq.

 

Propju  ftit jiem qabel il-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, l-Arċipriet David Cilia u  l-Viċi David Torpiano infexxu f’attakki b’sentimenti partiġġjani li jxaqilbu favur il-Partit Nazzjonalista.

 

Ritratt One News

 

Saħansitra Dun David Torpiano qal li “f’pajjiż korrott, wieħed ma jistenniex deċiżjonijiet ġusti”. Dan wara li tender għar-restawr tal-faċċata tal-knisja ta’ San Pawl fil-Belt twaqqaf minħabba suspetti ta’ konflitt ta’ interess minn membru tal-bord tal-aġġudikazzjoni.

 

 

Sadanittant,dalgħodu waqt il-quddiesa pontifikali f’jum il-festa tan-nawfraġju tal-appostlu missierna San Pawl, fuq il-lemin u x-xellug tal-Arċisqof kien hemmi l-Viċi David Torpiano u l-Arċipriet David Cilia!

 

Jidher li l-Knisja f’Malta fadlilha ħafna x’tirranġa jekk xi darba trid tkun kredibbli.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *