Minn kontributur Mġarr
Fil-ġranet meta Malta qeda tfakkar il-magħmudija tagħha bħala pajjiż Kattoliku u fi żmien meta kien sar sforz preċedentement li jingħalqu l-ġrieħi mal-Knisja Kattolika f’Malta, tajjeb li nfakkru wkoll li kien il-Partit Laburista fil-Gvern li fl-1996 kien mill-ewwel tellaq bl-idea biex issir il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Dr. Alfred Sant ma Mons. Arċisqof Ġużeppi
Mercieca
Permezz tal-Ex Ministru Laburista Evarist Bartolo u l-Ex-Arċidjaknu tal-Kapitlu tal-Katidral li kien anke President tal-istess Kapitlu, il-Wisq. Rev.mu Mons. Carmelo Xuereb, illum mejjet, infetaħ separju ġdid bejn l-Istat u l-Knisja tant li kienu jsiru laqgħat regolari u spissi ġol-Ministeru tal-Edukazzjoni peress li kien responsabbli mill-Wirt Nazzjonali.

Mons Carmelo Xuereb li fil-perjodu bejn l-1976 u l-1990 kien Vigarju Ġenerali ta’ Mons Arċisqof Ġużeppi Mercieca
Il-Partit Laburista qatt ma kien kontra l-Knisja Kattolika iżda ma kienx jaċċetta kif individwi partikolari jaġixxu biex Kattoliċi Maltin iħossuhom imwarrba. Hu f’dan l-ispirtu li l-Istat bi Gvern Laburista offra Funeral Statali lil wieħed minn uliedu li mhux biss kien saċerdot eżemplari imma Mons. Victor Grech okkupa wkoll sa ftit ilu il-kariga ta’ President tal-Kapitlu tal-Katidral.
1 Comment
Neville ha nghidlek jien ghax int ma kontx.fid dinja li kelek zmien daqsi kont tkun taf min.huma tal knisja ahna ma konniex nistaw.naqraw gazzeta laburista ma koniex.nistaw nizewgu fil knisja.ma kelniex dritt ta dberik il qari ma kienx tajeb ghalina.u l ebda laburista ma kien jista jivota ghsl mintoff..ghadek ma tafx min.xiex ghadewna u hekk ghadhom hu min dak il qassis li qal fil knisja ta.san pawl li meta.l pajjiz iqsam il gid.ikun.pajjiz.korrott min.jaf.il lum.kemm ghoxew dawk li ma halsux il Vat u l bolli tal haddiema tahhom.ha nieqaf hawn ghax lanqad.b.ghjnejja ma ridt narhom lil dawk li jipritkaw l imhabba u huma jikalpistaw.lil min.itihom