Illum Tonio Borg, li għandi rispett kbir lejh, ħareġ jikkritika l-proposti tal-Gvern dwar inkjesti minn ċittadin privat. Nesa kif kien hu stess li ddikjara fil-Parlament li abbuż minn din t-tip ta proċedura jista jwassal għal suwiċidji tal-vittmi tal-abbuż [Diskors Parlamentari datat 11/7/2006]. Huwa appuntu dak li qed jindirizza l-Gvern tal-gurnata, bħala wkoll pass naturali u loġiku ghal riformi kruċjali kondotti fis-sena 2020.

Tonio Borg
Fil-kawżi erbatax -il sena li għamel Ministru tal-Ġustizzja u Intern [1992-1996 u 1998-2008] u anke Deputat PM ħalla settur m’hux aġġornat, tant li meta sirt Ministru tal-Ġustizzja, kważi tnax -il sena wara li spiċċa hu, bħala Gvern konna għadna qed nindirizzaw dawn in-nuqqasijiet b’mod immedjat u fi żmiem rekord.
Kburi ta’ dak kollu li għamilt sabiex inneħħi dawn in-nuqqasijiet li ħalla l-PN. Kien hemm MP intelliġenti, b’enerġija u b’intenzjonijiet tajba, fil-leġislatura 2008-2013 – Dr. Franco Debono -li ried jibda’ jwettaq riformi important f’dan il-kamp, pero’ l-PN minflok injorawh u ippersegwitawh.

Dr. Franco Debono
Biżżejjed nfakkru li minħabba t-traskuraġni ta’ Tonio Borg, li jiddaħħal d-dritt tal-avukat għal persuni arrestati eluf ta nies akkużati gew liberati anke jekk kienu ammettew għal reati mal-Pulizija. Dan ġab rabja kbira fil-Korp tal-Pulizija u nuqqas ta’ motivazzjoni fl-istess Korp u fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Dakinhar kien fis-sena 2010, anke kien hemm min kien qed jokkupa l-kariga ta’ Prim Imħallef, pero’ qatt ma lissen kelma f’dan ir-rigward. Tkellem illum! Issa għarblu intkom.