Charles Ġuda se jċedi għall-pressjoni tal- Pawlini?

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Charles Ġuda se jċedi għall-pressjoni tal- Pawlini?

Dan is-sit infurmat li l-Arcisqof se jkun qed iċedi għall-pressjoni ta’ mijiet ta’ parruċċani biex wara li jgħaddu ċelebrazzjonijiet tal-Festa ta’ San Pawl , il- Viċi Arċipriet David Torpiano jitneħħa u jintbagħat f’parroċċa oħra.

 

Rev. Dr David Torpiano

 

Jidher li l- Arċisqof kien fil- verita’ irrabbjat mhux ftit bil- ‘posts’ politiċi ta’ dan il-qassis li ma jitlifx okkażjoni sabiex imaqdar il-Gvern u jgħajjar lil-Laburisti b’ kattiverja liema bħala u kliem dispreġġjattiv indirizzat lejn il- Prim Ministru Robert Abela.

 

Ritratt One News

 

Kif kien mistenni minnu, jidher li l-Arċisqof irrabja għall-fatt li kemm l-Arċipriet li ma jfallix attività’ waħda organizzata minn Daphne Caruana Galizia kif ukoll il- Viċi tiegħu Torpiano mill- Knisja ta’ San Pawl il-Belt għamluha estensjoni ta’ Każin għal-Partit Nazzjonalista, b’ diżapunt għall-parruċċani Laburisti.

 

F’ ħafna kummenti li għamlu Laburisti anzjani ma dan is-sit inħasset il-ferita storika tal-attakki tal-Knisja li min jemmen fil-Partit Laburista hemm jistennih l-infern. Id- deċiżjoni li jitneħħa Torpiano wara l- festi hi maħsuba biex terġa’ ġġib ċertu serenita’ fost il-parroċċani tal-Knisja ta’ San Pawl.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

4 Comments

  1. Nicholas Busuttil February 11, 2025

    tibatuhx lejn haz zebbug

    Reply
  2. Anthony Xuereb February 11, 2025

    lanqas iz Zurrieq.

    Reply
  3. FXG February 13, 2025

    huduh tal Pieta

    Reply
  4. Connie cutajar February 14, 2025

    u l anqas biezebbuga

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *