Alex Borg il-bikkej ta’ Għawdex qal li Robert Abela u sħabu issa waslu biex jattakkaw anke l-FAMILJI ta’ min jikkritikahom. Dan b’referenza għal Mistoqsija Parlamentari relatata ma ommu.
Fil-jiem li għaddew dan is-sit staqsa lill-Mr.Facebook jekk hux minnu li s-Sinjura Mary Debono Borg, ommu, qed tara l-kostitwenti tiegħu fuq il-post tax-xogħol tagħha, jiġifieri mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Għawdex.
Mr. Facebook is-soltu jbewwel għajnejh u joħroġ iwieġeb wara minuta. Din id-darba donnu waqa’ fil-muta.
Illum dan is-sit se jkun qed jagħmel mistoqsijiet ġodda.
Onor. Alex Borg, int ġieli tkun l-uffiċċju tas-Sinjura Mary Debono Borg, Direttur Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Għawdex, waqt il-ħin tax-xogħol?
Jekk iva, xi tkun qed tagħmel ħdejn il-mummy?
1 Comment
imur jiehu z zejza ?