Għaliex Dun Victor Grech Ma Sarx Arċisqof (2)

Neville Gafa

~ 6 days ago

Għaliex Dun Victor Grech Ma Sarx Arċisqof (2)

Għaddew ġimgħatejn mindu Mons. Victor Grech ħalla din id-dinja.

 

Huma ħafna dawk li jaħsbu li Mons. Victor Grech qatt ma sar Isqof Koadjutur bid-dritt ta’ suċċessjoni għall-fatt li kien Laburist. Dan is-sit kompla jinvestiga aktar fil-fond.

 

Mela Ruma riedu lil xi ħadd li jkun lawreat b’dottorat fid-dritt kononiku peress li kienu qed jaraw li ġejjin ħafna sfidi għal Knisja f’Malta minħabba d-dnub il-mejjet.  Riedu moħħ legalistiku u b’hekk għajnejhom waqgħu fuq Mons. Emmanuele Gerada li hu wkoll kien ġej minn familja Laburista miż- Żejtun u li akkademikament is-Santa Sede kienet tarah ippreparat ħafna iżjed mill-lat akkademiku.

 

Mons. Mikiel Gonzi

 

Wara li Mons. Gonzi beda’ jgħejja, kien baqa’ jinħass il-ħtieġa ta’ speċjalista fid-Dritt Kanoniku, u għalhekk inġieb Mons. Ġużeppi Mercieca mis-Sacra Rota tal-Vatikan fejn kien Imħallef.

 

Ruma ma setgħux jieħdu riskju li meta jkun hemm diskussjonijiet dwar nullita’ ta’ żwieġ, relazzjonijiet bejn Knisja u Stat kif ukoll dwar riformi li kienu meħtieġa jsiru wara li f’Malta kien intbagħat Mons. Luigi Ligutti fit-30 ta’ April 1969 mill-Papa Pawlu VI bħala Viżitatur Appostoliku.

 

Mons. Ġużeppi Mercieca

 

Mons. Mercieca kien l-idejali b’moħħ legali kbir. Ma riedx iżda li jinħakem mil-legalità u ħatar Vigarju Ġenerali tiegħu Għawdxi bħalu, lil Mons. Carmelo Xuereb li kien jaf it-tlugħ u l-inżul tal-Knisja f’Malta bl-amment peress li kien meqjus bħala l-iżjed persuna qrib ta’ Mons. Sir Michael Gonzi.

 

Mons Carmelo Xuereb li fil-perjodu bejn l-1976 u l-1990 kien Vigarju Ġenerali ta’ Mons Arċisqof Ġużeppi Mercieca

 

Mons. Victor Grech kien rispettat ħafna minn Mons. Gonzi tant li ħatru Rettur tas-Seminarju responsabbli mill-formazzjoni tas-saċerdoti futuri ta’ Malta.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *