Silvio Camilleri il-Magħżul ta’ GonziPN jimxi fuq il-passi tal-puppatur Joe Zammit Mckeon

Neville Gafa

~ 4 days ago

Silvio Camilleri il-Magħżul ta’ GonziPN jimxi fuq il-passi tal-puppatur Joe Zammit Mckeon

Silvio Camilleri jidher li se jkompli fuq il-passi ta’ sieħbu l-puppatur ex Imħallef Joe Zammit Mckeon. Ħareġ ipeċlaq dwar ir-Rapport ta’ Zammit McKeon dwar il-Ħabs. Rapport magħmul fuq xhieda ta’ individwi qattiela Nazzjonalisti u li żammhom anonimi. 

 

Fl-aħħar ġimgħat, Silvio Camilleri wiċċ l-askri ħareġ jattakka lill-Gvern b’kummenti ħamalli li ma jixirqux la kennies u lanqas Prim Imħallef.

 

 

Mela bejn l-2004 u l-2010 żmien GonziPN kien l-Avukat Ġenerali. Dak iż-żmien kien hemm allegazzjonijiet kbar ta’ skandli fil-qalba tal-Partit Nazzjonalista.

 

X’kien għamel dakinhar Dottor Silvio Camilleri? Xejn.

 

F’wieħed mill-mijiet ta’ kummenti tiegħu, Silvio Camilleri wiċċ l-askri ħareġ jattakka lill-Gvern dwar il- pożizzjoni li ħa relatata mas-Sur Alex Dalli.

 

 

Dawn huwa l-kumment tiegħu; “LP always rewards wrong doing and delinquents. It has done so with its own from the word go till the present day.”

 

Dan is-sit jistaqsi lil Silvio Camilleri.

 

Jista’ Silvio Camilleri jghidilna jekk jafx bil- ‘Performance Audit: A Strategic Overview on the Correctional Services Agency’s Operations at the Corradino Correctional Facility’, liema Rapport ippublikat mill- Awditur Ġenerali f’ Diċembru 2021?

 

‘Performance Audit: A Strategic Overview on the
Correctional Services Agency’s Operations at the Corradino Correctional Facility’

 

Jaf Silvio Camilleri li dan ir-rapport kien sar waqt li Alex Dalli kien imexxi l- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, u mhux tlett snin wara li Dalli ma baqax Direttur, bħal ma sar ir-Rapport tal-puppatur Zammit McKeon?

 

Delinkwent minn qata’ d-droga mill-Ħabs, Dottor Silvio Camilleri?

 

Delinkwent minn qata’ kull possibbiltà ta’ ħarbiet ta’ priġunieri mill-Ħabs? Insejt kemm kien hemm ħarbiet fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, fosthom ta’ priġunieri magħrufa li damu xhur sħaħ maħruba?

 

Ma titkellimx dwar dawn it-traġedji, ja falz kollok? Ma kontx imbarazz bis-sitwazzjoni tal-Ħabs taħt Gvernijiet falluti Nazzjonalisti?

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

5 Comments

  1. FXG February 19, 2025

    Are these comments by Silvio Camilleri a part time job related to promises agreed by Gonzipn administration?

    Reply
  2. N George February 19, 2025

    Sur Camilleri, is-Sur Dalli dahhal xi haga li int u hafna, mhux kollha,, minn shabek fil gudikatura ma tafux tispelluha ahseb u ara kemm tippratikawa, din Tissejjah DIXXIPLINA kemm fuq il gwardjani u l-habsin. Il maggoranza tat tnejn accettawa u il habs kien jimxi kif suppost, kien hemm minoranza li ddejqu biha u gew ghandek u spiccajt tpeclaq li qalulek dawn it talin.

    Reply
  3. Vince February 19, 2025

    The arrogance of these people knows no limits! Dr Silvio Camilleri was the preferred nominee for chief justice during GonziPN’s tenure when he was never a judge—when the rule of law was in its dark ages! These people have much to answer concerning what they have done to strengthen the rule of law; nothing!!!!!! Now, they have the cheek to accuse the current government of disrespecting the rule of law!!!! What a cheek!!!! His public political motivating comments as a formal member of the bench reflect the low image he projects.

    Reply
  4. Zaru February 19, 2025

    Rule of Law! Tar Republika, Socjeta Civili, Eks Imhalfin, ecc ecc. Dawn kollha pampaluni li jhobbu l gustizzja, izda mhux wara biebhom. Iridu lil kull min ma jaqbilx maghhom issir inkjesta fuqu/a jitresqu l qorti u jintbatu l habs. Imma ghal dawk li jxejru l bandiera taghhom ma tezistix il gustizzja. Niehdu mil kas tat tifel tal eks kummisarju Rizzo u Hu l Magistrata Rizzo hadd minnhom ma jitlob li ssir gustizzja ? It tapit kbir bizzejjed biex jinheba t trap tahtu?

    Reply
  5. GINO DEGIORGIO February 19, 2025

    Nista insaqsi lill dan l’espert ta rule of law Silvio Cammileri jekk kienx hu dwar inkjesta li malli tfacca isem BFA waqaf kollox , nispera li jekk kien hu ma tilfux il file ghax issa bil ligi il gdida irid jinalaq fiz-zmien sitt xhur …..u hafna looking forward ghal rizultat .

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *