In-nutar tal-Kurja Robert Aquilina ilu xhur sħaħ jattakka u jħammeġ lill-Kummissarju tal-Pulizija Anġlu Gafà.
Issa llum għadda għat-tieni fażi; dik tat-theddid. Hedded lil Anġlu saħansitra b’ xi impjieg li jista’ jkollu fil-futur. Daqslikieku Gafà m’għandux dritt għal għixien wara li ma jibqax Kummissarju.
Akkużah ukoll li “hu l-akbar insurance policy li teżisti f’pajjiżna għall-politiċi kriminali u l-kompliċi tagħhom.”
Robert Aquilina huwa persuna li diffiċli tifhem il-psikoloġija tiegħu. Dan huwa wieħed minn dawk il-klikka ta’ nies li minħabba fihom il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ mgħarraq fil-ħara.
Huwa wieħed minn dawk li bil ħsieb, bi kliemu u b’ għemilu, il-PN se jibqa’ ikkastigat fl-Oppożizzjoni.

Robert Aquilina – A Thorn in the Side of the Nationalist Party”
Robert Aquilina għadu ma fehemx li minħabba l-eroj tiegħu, Daphne Caruana Galizia, Il-PN tilef żewġ elezzjonijiet ġenerali b’ numri ta’ voti astronomiċi li qatt ma rajna bħalhom.
Robert Aquilina huwa wieħed minn dawk li l-istess Membri Parlamentari tal-PN jgħidulna li ma jifilħux jarawh jagħmel aktar ħsara lill-Partit Nazzjonalista.