Fl-aħħar jiem reġa’ qam l-episodju ta’ meta l-FBI intalbu jassistu lill-awtoritajiet Maltin fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
It-Tlieta li għadda Dr. Joseph Muscat ħareġ kjarifika relatata. Qed nikkwota dak miktub minn Dr. Muscat.
“L-FBI u DCG
Ħalli niċċara xi ħaġa oħra ħalli ma jkunx hemm min idaħħal flieles.
Wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jien mill-ewwel ikkuntattjajt lill-Gvern Amerikan għall-għajnuna.
Xhieda ta’ dan huma uffiċjali tal-Ambaxxata Amerikana.
Jekk kien hemm xi uffiċjal tal-Korp tal-Pulizija li għamel l-istess ma nafx, avolja suppost konna mmexxu l-korp minn imnieħru skont x’uħud.
Involvejna wkoll lill-Aġenzija Forensika Olandiża, li huma meqjusa fost l-aħjar. Tista’ tikkonfermah Helena Dalli li kienet involuta f’dan.
Min ikollu x’jaħbi mhux hekk jagħmel.”
F’dan il-pajjiż hawn puppaturi li jħobbu jiġbdu l-attenzjoni akkost li anke jgħawġu l-fatti, fosthom fil-Korp tal-Pulizija.
Wieħed minn dawn huwa s-Sur George Cremona, Uffiċjal għoli fil-Korp tal-Pulizija. Dwar George Cremona li jiġi r-raġel tal-Maġistrat Monica Vella nafu li jagħmel il-mirakli għax kapaċi jkun f’żewġ postijiet fl-istess ħin. Erba’ xhur ilu dan is-sit żvela kif waqt li baqa’ Pulizija dan għamel il-kors tal-liġi li huwa full-time.
Is-Sur Cremona qal li kien kiteb lil FBI. Ta wieħed jifhem li bis-saħħa tiegħu indaħħlu l-FBI.
Ejja nieħdu l-kelma tas-Sur Cremona li veru kiteb lil FBI.
Taħsbu l-Gvern Amerikan lil min ta’ kas?
Lil Prim Ministru li tkellem mall-ewwel mall-Ambaxxata?
Jew lis-Sur George Cremona?