Harbinson wettaq reat kriminali doppju

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Harbinson wettaq reat kriminali doppju

Jeremy Harbinson wettaq reat kriminali doppju. Dan ħareġ fil-Qorti fi proċeduri li għaddejjin quddiem l-Imħallef Edwina Grima f’kawża relatata ma’ sensiela ta’ ordnijiet tal-iffriżar.

 

Harbinson wettaq reat kriminali meta fl-affidavit li ppreżenta iktar kmieni dax-xahar qal li f’Lulju tas-sena l-oħra kien ta lura l-warrant tiegħu ta’ accountant forensiku u għalhekk ma setax jixhed iktar, meta jirriżulta li fit-28 ta’ Ottubru huwa fil-fatt xehed quddiem il-Qorti ta’ Malta. Dan ifisser li fl-affidavit li ppreżenta, Harbinson ħa ġurament falz.

 

L-espert Irlandiż qiegħed iwettaq ukoll reat kriminali meta issa akkost ta’ kollox qiegħed jibqa’ jirrifjuta li jixhed fil-proċeduri li hemm quddiem il-Qorti li huma bbażati fuq ir-rapport tiegħu.

 

Jeremy Harbinson

Fil-bidu tas-seduta l-Imħallef Edwina Grima qalet illi fil-każ tat-tnejn mill-akkużati, il-Qorti stiednet lil Harbinson sabiex jixhed permezz ta’ kollegament bil-video conference iżda din l-istedina ġiet rifjutata mill-espert Irlandiż.

 

Il-Qorti għandha tordna lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga lil Harbinson għar-rifjut tiegħu li jixhed għaliex dan huwa reat kriminali. Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu l-għodda fejn jista’ jikkordina mal-pajjiż fejn jirresjedi l-espert.

 

Ħadd mhu ‘il fuq mill-liġi. F’ċirkostanzi fejn xi ħadd jirrifjuta li jixhed il-liġi taħseb li l-persuna involuta tkun arrestata u fi żmien tmienja u erbgħin siegħa titressaq quddiem il-Qorti. Il-Qorti imbagħad tista’ timmulta lill-persuna involuta jew din il-persuna tintbagħat mhux iżjed minn 3 xhur ħabs, jew teħel it-tnejn flimkien.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *