PAWLU PACE TAL-MUMN JERĠA’ JISSEJJAĦ MILL-PULIZIJA

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

PAWLU PACE TAL-MUMN JERĠA’ JISSEJJAĦ MILL-PULIZIJA

Dan is-sit huwa infurmat li s-Sur Pawlu Pace tal-MUMN reġa’ ġie msejjah mill-Pulizija għal aktar interrogazzjoni.

 

Jekk Pawlu Pace jazzarda jgiddibni, niżvela d-data u l-ħin ta’ meta se jkompli jiġi interrogat, ħalli l-iprem ġurnalisti investigattivi li għandna jkunu jistgħu jmorru barra l-bieb tal-FCID jistennewh dieħel u forsi jistaqsuh xi mistoqsijiet.

 

Sadanittant, minkejja li beda jiġi interrogat mill-Pulizija fuq akkużi kriminali serji u gravi li jistgħu jwasslu għal priġunerija u anki interdezzjoni ġenerali, Pawlu Pace qed jibqa’ jirreżisti li jirriżenja.

 

La darba qed jibqa’ jirreżisti, xi ħaġa li żgur ma jistax jagħmilha fit-tul ħafna, lis-Sur Pawlu Pace se nistaqsih jekk qatt sema’ bil-Fraud Triangle Concept tal-ACFE, Association of Certified Fraud Examiners. Naċċertah li jekk hu ma jafx x’inhu dan il-kunċett, il-Pulizija jafu x’inhu u jafu jużawh.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *