“Yousef, Jien Nemmen Lilek”

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

“Yousef, Jien Nemmen Lilek”

Il-puppatur ex Imħallef Joe Zammit Mckeon huwa magħruf għal sentenza legalment redikola u li per konsegwenza il-Monument Nazzjonali tal-Assedju l-Kbir ma baqax Nazzjonali imma ġie ikkapparat mill-grupp tad-Defnisti u qisu ma ġara xejn.

 

Iżda dan l-aħħar, il-puppatur ex Imħallef Joe Zammit Mckeon reġa’ għamel froġa oħra. Ibbriila fil-konklużjoni tiegħu ta’ rapport dwar it-tmexxija tal-Ħabs ta’ Kordin bejn Lulju tal-2018 u Diċembru tal-2021.

 

Wieħed mill-akkużati b’rabta mas-serqa ta’ 200 kg kannabis mill-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Safi huwa ċertu Yousef Essesi.

 

Yousef Essessi huwa wieħed minn erba’ ħabsin li l-puppatur ex Imħallef Joe Zammit Mckeon għażel li joqgħod fuq ix-xhieda tagħhom u kkonkluda rapport – rumanz dwar it-tmexxija tal-Ħabs ta’ Kordin bejn Lulju tal-2018 u Diċembru tal-2021.

 

 

Mhux hekk biss, il-puppatur ex Imħallef Joe Zammit McKeon għażel li jarmi fil-landa taż-żibel Rapport tal-Awditur Ġenerali li kien ippublikat f’ Diċembru 2021 waqt li Alex Dalli kien imexxi l- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

 

Ir-Rapport tal-puppatur sar tlett snin wara li Dalli ma baqax Direttur u ikkonkluda dan ir-rapport mhux fuq evidenza iżda għax kien konvint moralment li dak li qalulu kien veritier. Tajjeb ukoll‼️

 

 

Fi kliem ieħor dan emmen dak kollu li qalulu Erin Tanti, akkużat fuq qtil, Kenneth Gafà akkużat fuq qtil, il-Hassi akkużat fuq serq u droga, u Yousef Essessi akkużat fuq serq u droga.

 

Prosit għalik Sur puppatur. Mela iddefendejt u afdajt il-kelma ta’ kriminali magħrufa sabiex mingħalik se tkisser jew ittappan ir-reputazzjoni tal-Kulunell Alex Dalli.

 

Joe Zammit McKeon

 

 

Dr. Joe Zammit McKeon, għandi mistoqsija għalik.

 

Wara din il-froġa tar-rapport – rumanz dwar it-tmexxija tal-Ħabs ta’ Kordin bejn Lulju tal-2018 u Diċembru tal-2021, ma tħossx li moralment żbaljajt fil-ġudizzju tiegħek?

 

Ma tħossx li għandek tirreżenja minnufih?

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

5 Comments

  1. Rita Falzon Gouder February 28, 2025

    U zgur li ghandu jirrezenja llum qabel ghada

    Reply
  2. saviour stivala February 28, 2025

    Mux biss idefenda u afda il-kelma ta’kriminalli, imma skont Anna Mallia ghamel dak li il-ligi ma tipermetilux li jghamel.

    Reply
  3. Vince February 28, 2025

    Bid-dovut rispett, dawn in-nies jippużaw ta’ paladini tar-rule of law, swar ta’ objettivita u huma mudelli mparzjalita!!! Is-sentenza tal-monument tal-gwerra hija monumentali!!!!! Imma l-aqwa li ħareġ jirrispondi lill-Prim Ministru fuq ir-rapport li kiteb dwar il-ħabsijiet fi żmien il-Kurunell Alex Dalli. Meta jrid jista’ jiktibilna rapport dwar dan li kienu jgħidu l-priġunieri meta hu kien ġudikant sedenti!!!!!

    Reply
  4. Marianna Galea Xuereb February 28, 2025

    Min ihawwad fil-borma biss ikun jaf x’fiha. Sa fejn naf jien, fil-habs ma issibx CCTV cameras f’kull kamra u f’kull kuridur biex jirrekordjaw 24/7/365/6 dak kollu li jigri. U sa fejn naf jien, l-anqas ma issib hekk fid-Depot tal-pulizija u fil-kwartieri tas-Secret Services.

    Reply
  5. Saviour Marquette March 2, 2025

    Imhaleff lanqas hu tajjeb biex jigudika glieda bejn qattus u kelp hallina minn fenj igwardjajt minn Bangladesh?

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *