SIMON SCHEMBRI WARREN TAL-UHM JITĦALLAS XORTA U JIBQA’ D-DAR

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

SIMON SCHEMBRI WARREN TAL-UHM JITĦALLAS XORTA U JIBQA’ D-DAR

Is-Sur Simon Schembri Warren, IT Officer mal-Gvern fir-residenza tal-anzjani San Vincenz de Paul, għamel żmien jaħdem bħala Uffiċjal ta’ Taqsima mal-Union Ħaddiema Magħqudin. Dan l-impjieg ingħatalu taħt l-iskema tal-Gvern imsejjħa release on grounds of public policy.

 

Il-UHM, fil-każ tar-reklutagg tas-Sur Schembri Warren, ibbenefikat minn din l-iskema ta’ għajnuna lit-trade unions billi s-Sur Schembri Warren ġie rilaxxat għal magħha u l-paga tiegħu baqa’ joħroġha l-Gvern.

 

Naturalment, din hi skema biex tgħin lill-unions, fejn l-impjegat tal-Gvern imur jaħdem mal-union, jibqa’ fuq il-kotba tal-Gvern u jħallaslu l-paga l-Gvern. Jekk u meta l-union in partikolari ma jkollhiex aktar bzonn is-servizzi tal-uffiċjal, l-union titterminalu l-kuntratt u tali impjegat ikun irid jirritorna lura fuq xogħlu mal-Gvern, minn fejn ikun ġie oriġinarjament.

 

Simon Schembri Warren

 

F’Marzu tas-sena l-oħra, il-UHM itterminat il-kuntratt tas-Sur Schembri Warren u b’effett ta’ hekk hu kellu jirritorna lura San Vincenz de Paul. Dan kollu s-Sur Schembri Warren m’għamlux u baqa’ jirċievi s-salarju bla ma rrapporta għax-xogħol la San Vincenz de Paul u lanqas, ovvjament, mal-UHM. Baqa’ jilgħabha daqs li kieku għadu mal-UHM u jieħu paga talli jibqa’ d-dar.

 

Paga ta’ xejn minn flusi u flusek. Għexieren ta’ eluf.

 

Is-Sur Schembri Warren issa qiegħed jilgħabha tal-fidil meta fidil mhux. U lanqas il-Pulizija ma huma fidili.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *