Dan s-sit ilu ma jikteb dwar l-istejjer mħawra ta’ Roberto Montalto però fl-aħħar siegħat daħlet informazzjoni ġdida li din l-ġimgħa stess reġa’ sawwat l-istess tfajla li diġà sawwat diversi drabi.
Jidher li sar rapport ieħor lil Pulizija. Diġà kien hemm proċeduri kriminali kontra l-istess Montalto imma jidher li s-sitwazzjoni kienet ikkalmat għal xi xhur.
Skont rapporti fil-gazzetti bħalissa Montalto jinsab avukat difensur f’ġuri però xorta sab il-ħin jerġa’ jsawwat lil din t-tfajla li kellu relazzjoni magħha publika fil-Belt u f’bar tas-Sliema.
Mhux magħruf x’passi se tieħu l-Kamra tal-Avukati dwar din is-sensiela ta’ rapporti ta’ swat kontra l-ex avukat ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan is-sit iħoss li għandu jinforma lil qarrejja b’dan kollu sabiex tiġi protetta l-vittma.
Dan mhux xi episodju iżolat iżda sensiela ta’ swat ma tispiċċa qatt, bl-aħħar episodju ikun propju din il-ġimgħa.