Filwaqt li kull min hu rasu fuq għonqu qiegħed jirrealizza li d-dinja fl-aħħar jidher li ser tissaffa’ minn individwi bħad-dittatur tal-Ukrajna li ħataf il-poter u kisser pajjiż, l-Unjoni Ewropea f’dan ix-xahar ġdid ser ikollha tifhem li verament iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
Il-mod sod u ffukkat li permezz tiegħu l-President Trump laqa’ liż-żibel u l-qerq fil-White House ikompli jikkonvinċi lill-elettorat Amerikan dwar l-għażla li għamel favur l-istess Trump.
Trump s’issa kien paċenzja u ma qalx mill -biljuni li l-Amerika tat lil dan il-psikopatiku kemm minnhom spiċċaw fil-but tal-ġenerali Ukreni biex uliedhom jixtru proprjetajiet ta’ lussu kbir partikolarment fl-Amerika t’isfel.
Id-dittatur sieħeb ta’ Malta hu kkalkulat li fuq medda ta’ sentejn qassam lill-ġenerali tiegħu separatament iżjed minn żewġ biljun ewro ġejjin mit-taxxi tagħna ċittadini Ewropej biex ulied l-istess ġenerali jixtru proprjetajiet f’postijiet bħal Costa Amalfitana u Capri fl-Italja, Nizza u st. Tropez fi Franza, f’Monaco u nkluż f’Malta f’Portomaso u Busietta Gardens.
Il-proprjeta’ li nxtrat hi mċappsa bid-demm u meħudha minn ulied Malta ħielsa u Newtrali u tali flejjes misruqa setgħu marru b’risq inizjattivi ta’ saħħa u edukazzjoni f’dan l-Istat Malti.

Roberta Metsola hugging war criminal Ruslan Stefanchuk, Chairman of the Verkhovna Rada of Ukraine
Iż-żmien qiegħed jagħti parir lil dan il-portal u l-poplu Malti li kien dejjem sovran fil-ħsieb tiegħu ser jibda’ jifhem għaliex Malta qatt ma kellha torbot il-karru tagħha ma’ bigott imdemmi. Il-produtturi tal-armi ħbieb tal-Unjoni Ewropea ma jridux l-intervent Russu u Amerikan biex jieqaf il-kunflitt iżda li l-ġenn ġfl-Ukrajna ta’ dittatur jibqa’ għaddej biex iħaxxnu bwiethom akkost li jagħtu n-nar biex tiġi perpetwata t-tielet Gwerra Dinjija.

European Commission Ursula von der Leyen (L) after their press-conference following in Kyiv on May 9, 2023.
Il-Gvern Malti għandu jitlob skuża lill-poplu Malti għall-fatt li tħalla jiġi mmexxi minn kriminali tal-gwerra bħal Roberta Metsola, Kaja Kallas, Ursula von der Leyen u l-Eks reġim Amerikan mmexxi minn Joe Biden.
1 Comment
Good analysis there Neville.Our little Island in the sun MUST tread very carefully as
We do not have the resources if the brown stuff hits the fan.