Għandi mistoqsija waħda għal Pawlu Pace tal-MUMN u oħra għal Adrian Delia, ix-Shadow Minister għas-Saħħa. Tlaqna.
Sur Pawlu Pace,
Tiċħad li ma bosta nies varji, inkluż nurses f’Mater Dei, inti bi kburija stqarrejt li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa, l-Onorevoli Adrian Delia, kemm-il darba qallek li int tagħmel ħsara lill-Gvern Laburista iktar milli tagħmel l-Oppożizzjoni Nazzjonalista?
Onorevoli Delia,
Dan Pawlu Pace qed jgħid hekk ma bosta nies. Uħud minnhom anki lesti jikkonfermawlek personalment. Għidilna ftit, veru li inti għidtlu hekk lil Pawlu Pace? Jekk hu veru, mela allura wieħed jifhem għaliex l-Oppożizzjoni ma fetħitx ħalqha fuq il-każi ta’ abbuż sistematiku sfaċċat minn Pawlu Pace.
Jekk dan mhux minnu, allura oħroġ giddeb lil Pawlu Pace. Jew forsi tiddejjaq tagħmilha biex ma tikxifx idejk dwar il-pjan strateġiku li għandkom ta’ kif se taħtfu taħt idejkom lill-MUMN?