Korrispondent mill-Imġarr ta’ Malta
Kull min segwa l-media nternazzjonali u nnota l-komportament deplorevoli tad-Dittatur Ukren fil-White House, l-ogħla sede tal-Gvern Amerikan fejn żiblu ddeċieda li saħansitra ma jġib ebda rispett lejn l-akbar personalita’ li għandha d-dinja tagħna, ifakkar il-ġesti oxxeni, baxxi, deplorevoli u pazzeski li wera’ l-ġimgħa l-oħra fil-Parlament Malti l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Grech ħaseb li seta’ jagħmel kapital politiku minn serqa li ssolviet fi żmien ftit siegħat u li qatt ma konna rajna bħalha f’pajjiżna. Iżda, bħalma qatt ma konna rajna bħal din is-serqa, qatt ma konna rajna livell baxx ta’ Kap ta’ Oppożizzjoni fl-istorja tal-Parlament Malti minn żmien is-self government.
Kull min segwa lid-Dittatur fil-White House f’dawn il-ġranet f’Malta bla dubju għamel paragun verament preċiż bejn il-livell baxx li jaqa’ fih Bernard Grech u l-porkerija ta’ Dittatur oxxen. L-appoġġ li qatt seta’ kellu Gech bla dubju li ntilef peress li l-Għawdxin u l-Maltin intebħu bla preċedent li Grech ma jista’ jiġi fdat qatt bħalma ma jista’ jiġi fdat qatt id-Dittatur Ukren.