Ir-Reġina tal-Gwerer

Neville Gafa

~ 6 days ago

Ir-Reġina tal-Gwerer

Numru ta’ xhur ilu ktibt dwar każ ta’ nepotiżmu flagranti mill-President Roberta Metsola li vilment impjegat lir-ragel t’oħtha b’salarju ta’ kwart ta’ miljun fis-sena. Dakinhar għamilt ukoll diversi mistoqsijiet dwar dik il-famuża riforma illi wegħdet illi se tagħmel wara l-iskandlu QatarGate. Dik illi tant tippontifika dwar governanza u trasparenza għadha m’għamlet xejn!

 

Roberta Metsola reġgħet tinsab fiċ-ċentru tad-diskussjoni, u mill-ġdid, mhux għar-raġunijiet tajbin. Le, mhux qed nirreferi għall-akkużi serji ta’ ikkupjar fit-teżi tad-dottorat imma għan-nuqqas ta’ leadership u foresight fir-rigward tal-gwerra bejn ir-Russja u Ukranja.

 

 

Roberta Metsola għamlet tlett snin titfa’ l-ħatab fuq in-nar b’aġir u dikjarazzjonijiet irresposabbli u konfrontattivi. Għamlet tlett snin tippoża u tieħu r-ritratti ma’ Zelensky u tilludina li l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukranja se tiġi fi tmiemha. Tiftakru meta indirizzat lill-President Zelensky nhar il-15/5/2022 u qaltlu li daqt jispiċċa kollox u li ser tmur tara l-Eurovision ġewwa l-Ukranja? Mhux talli l-Gwerra ma waqfitx talli ninsabu fl-2025 u għadha għaddejja!

 

Hafna persuni ma tinteressahomx il-politika ewropeja u internazzjonali pero’ hu importanti li niddiskutu u nifhmu l-implikazzjonijiet u r-riperkussjonijiet ta’ dak illi għaddej bħalissa. Ibda biex, minn  dawk il-biljuni li jitħallsu mill-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropeja, parti sostanzjali se tibda tmur għad-difiża, inkluż xiri ta’ ‘lethal weapons’. Attwalment pajjiżna jinvesti kważi 2 fil-mija tal-prodott domestiku gross f’dak illi hi difiża iżda bħalma diġa intqal mill-President tal-KE Ursula Von Der Leyen hemm il-ħsieb li tiddaħħal klawżola b’urġenza biex l-Ewropa żżid in-nefqa fid-difiża għal 5 fil-mija.

 

Huwa fil-kuntest ta’ dan kollu li ġustament nesiġu li tintrefa’ responsabilita’ politika.   Bħala ċittadini Ewropej konna nistennew li f’mument delikat bħal dan l-Mexxejja Ewopej fdati fit-tmexxija jqumu ghall-okkażjoni u fuq kollox jġibu r-riżultati.

 

 

Mhux biss ma rajniex ir-riżultati imwegħda talli saħansitra gejna umiljati hekk kif l-Ewropa spiċċat imwarrba kompletament minn negozjati dwar il-paċi. Il-President Roberta Metsola taf sew illi hi u sħabha ġabu l-Ewropa irrilevanti, ghaldaqstant qed tipprova taghmel minn kollox biex issalva r-reputazzjoni politika tagħha u tibqa’ fil-kariga. It-tentattiv riċenti tagħha  illi tipprova tkun fil-headlines billi żżur l-Amerka fallielha kompletament, prova ta’ dan hi li l-ebda uffiċjal għoli minn naħa tal-Gvern Amerikan ma ltaqa’ magħha u l-ebda ġurnal prominenti ma ħass il-bżonn li jirraporta ż-żjara tagħha f’Washington DC.

 

 

Roberta Metsola falliet u l-ebda eżerċizzju ta’ propoganda m’hu ser inessina l-ħsara illi ħolqot ir-Reġina tal-Gwerer.  L-Unjoni Ewropeja għandha bżonn diplomazija u viżjoni li jġibu r-riżultati u mhux facebook characters u artifiċjalità.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *