Oħt tal-Bidnija żżomm mal-kultura ta’ oddju li tibbrilla fih il-familja tagħha

Neville Gafa

~ 4 days ago

Oħt tal-Bidnija żżomm mal-kultura ta’ oddju li tibbrilla fih il-familja tagħha

Mandy Mallia, oħt is-saħħara tal-Bidnija, ħarġet tivvomta dwar il-Ministru Owen Bonnici għar-reazzjoni tiegħu dwar iċ-ċensura imposta mill-European Broadcasting Union’s fuq il-kelma Kant, relatata mal-kanzunetta ta’ Miriana Conte li se tkun qed tippreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest.

 

 

Rabtet il-kritika tiegħu għaliex ġustament ma qabilx ma din id-deċiżjoni, mal-fatt li meta kien Ministru kien taha struzzjonijiet biex il-Monument tal-Assedju l-Kbir jitnaddaf minn dik il-mandra li d-Defnisti kienu qed jagħmlu fuqu.

 

Bħala Ministru tal-Kultura, kien dmir u obbligu ta’ Owen Bonnici li jħares il-wirt Nazzjonali, fosthom il-Monumenti Nazzjonali li tant huma ta’ għożża għal poplu Malti.

 

Ħaddiema tal-Gvern jnaddfu l-Monument tal- Assedju l-Kbir mill-mandra tad-Defnisti

 

Ġara iżda li minn Ottubru 2017, permezz ta’ sentenza ridikola tal-Imħallef Joe Zammit McKeon, dan il-monument spiċċa stuprat mill-klikka tad-Defnisti u litteralment ġabuh mandra.

 

Sentenza li bidlet lil pajjiżna f’Repubblika tal-Banana. Sentenza ridikola li ma ġġib xejn ħlief tgerfix, għajb u stmerrija. 

 

Il-puppatur eks Prim Imħallef Joe Zammit McKeon biegħ il-Monument tal-Assedju l-Kbir lil din il-klikka estremista sabiex tkun tista’ tużah bħala forma ta’ protesta kontra l-Gvern Laburista.

 

Mandy Mallia u d-defnisti jinħbew wara l-iskuża li għadhom qed jistennew ġustizzja ma Daphne. Din hi biss skuża rħisa għall-fatt li ġustizzja ilha li saret. Il-persuni involuti fil-qtil tas-saħħara ġew imressqa l-Qorti u kkundannati b’sentenzi ta’ ħabs.

 

Mandy Mallia

 

Dak li l-klikka tad-Defnisti qed tagħmel fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir huwa sagrileġġ nazzjonali. Pastażata bħal din ma taraha fl-ebda pajjiż ċivili, però ssibha f’Malta Repubblika.

 

Minn hawn nuri l-apprezzament tiegħi lejn il-Ministru Owen Bonnici għall-ordni li kien ħareġ sabiex dan il-Monument ta’ Għaqda Nazzjonali jitnaddaf miż-żibel tal-familja Caruana Galizia. Il-ħażin sar mill-Gvern meta baxxa rasu u m’appellax għal dik is-sentenza ridikola.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

9 Comments

  1. Running Commentary March 7, 2025

    il gvern zbalja ghax:

    1. ma appellax is sentenza;
    2. ma baqax inaddaf il monument irrispettivament mis sentenza;
    3. direttament jew indirettament ma applikax regoli li zgur jezistu kontra il vandalizmu.

    Reply
  2. Marianne Pace March 7, 2025

    Nafu li l-gustizzja saret, IMMA dawn iridu bilfors iwahhlu t-tort fuq Joseph Muscat. Ghad ghandhom it-tama li Joseph jehel xi piena fuq dan il-kaz.

    Reply
  3. saviour stivala March 7, 2025

    Iva hu prosit sewa qed tghijd il hazin sar mill gvern ghax baxxa rasu ghall din il-marmarja.

    Reply
  4. FXG March 7, 2025

    Naqbel ma dak miktub aktar il fuq imma l ghan ewlieni tal familja ta DCG hu li jaghmlu gwadan finanzjarju bil kbir mic cirkosranzi. Judas biegh lil Kristu ghal ftit bicciet tad deheb.

    Reply
  5. Max Gillette March 7, 2025

    Jien kellu jkun hemm prim Ministru. It_Trump ta’ Malta Kieku kien jinteressani.

    Reply
  6. GINO DEGIORGIO March 7, 2025

    Who killed your sister was clear on the laptop , that for some strange reason it was destroyed by your family , if it was otherwise and the culprits were the ones that your family want us to believe , I am sure that all the people of Malta would have a copy of what was in the laptop . And don’t forget what she wrote in her blog that we need another Raymond Caruana and even that might not be enough , and by the way all those serving time in jail , frequented tal Pieta not Milend in Hamrun

    Reply
  7. Anton zammit March 7, 2025

    jekk tohrog il-borza sbaljata quddiem darek tlaqqat Multa. nahseb, ma nafx, jekk tpoggija fuq il-munument this x’jigri

    Reply
    1. Avatar photo
      Neville Gafa March 8, 2025

      Bravu

      Reply
  8. Saviour Marquette March 8, 2025

    Bullshit must run in her family, shit and plate throwing are their favourite pastime.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *