Robert Aquilina u r-reġim ta’ Zelensky

Neville Gafa

~ 2 days ago

Robert Aquilina u r-reġim ta’ Zelensky

Rajt dan il-post tan-nutar tal-Kurja, fejn qed juri l-appoġġ tiegħu lejn l-Ukrajna.

 

 

Għall-ewwel ma tajtx kas, iżda meta rajtu darba oħra dlonk bdejt nifhem il-messaġġ li hemm warajh.

 

Persważ li ħafna ma jindunawx bil-messaġġ li jrid iwassal Robert Aquilina. Mhux għax jien xi għaref, però bħala wieħed li ilni nsewgi dan il-konflitt sa mill-2014, allura ċertu messaġġi bħal ta’ Robert Aquilina nifhimhom.

 

Ejja nanalizzaw ftit.

 

Mela Robert Aquilina ġej minn Repubblika, il-fergħa estrema tal-PN. Għaqda iżgħar mill-każin tal-banda tar-raħal. Twerżaq u tingħata attenzjoni bla bżonn. Miegħu hemm ħuh Karol, persuna li l-ħsieb, il-kliem kif ukoll għemilu jfakkruni fi Francisco Franco Bahamonde. B’mod partikolari l-atteġġjament tiegħu fil-Parlament. Imbarka fuq xeni stil faxxisti.

 

Echoes of Extremism: Karol Aquilina’s Controversial Crusade

 

Iżda tgħiduli għaliex żvijjajt mis-suġġett?

 

Min jaqra l-istorja politika Ewropea, b’mod partikolari taż-żmien iż-żewġ Gwerer Dinjija, jaf sew illi l-Ukreni kienu appoġġjaw lill-Ġermanja Nazzista. Kienu saħansitra responsabbli minn kampijiet tal- konċentrament fejn fihom inqatlu eluf ta’ nies.

 

Stepan Bandera

 

Fit-Tieni Gwerra Dinjija, taħt il-kmand ta’ Stepan Bandera, l-Ukreni wettqu massakri fuq ċittadini Pollakki kif ukoll Lhud. Bandera huwa l-eroj ta’ numru kbir ta’ Ukreni, fosthom ta’ Zelensky u r-reġim mmexxi minnu.

 

L-armata Ukrena hi magħrufa għal simboli nazzisti speċjalment mal-uniformi tas-suldati. Dan kollu bil-barka tal-idrogat l-Eks President Zelensky.

 

Dan kollu jwassalni biex nifhem għaliex Robert Aquilina u l-klikka ta’ madwaru kollha jappoġġjaw lir-reġim nazzista ta’ Zelensky. Għażla purament naturali.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *