Il-ġimgħa għidtilkom li ser nżommkom infurmati dwar il-Perit David Xuereb u Marthese Portelli, li hija Avukat imma tilgħabha ta’ ekonomista u li tifhem f’kollox. Imma dwar dan nitkellmu darb’oħra, u kif din qed idejjaq mhux biss lil dawk ta’ madwarha imma wkoll lil ċertu negozjanti li suppost qed tirrapreżenta.
lllum ser ngħidilkom ftit x’qalet l-inkjesta Jean Paul Sofia fuq il-Perit David Xuereb. Dikjarazzjonijiet tal-biża’. Dan għal ġieħna huwa l-istess persuna li bla mistħija ta’ xejn ħlief jippoppa u jiżżattat ma jagħmilx. Saħansitra kellu l-wiċċ jibqa’ jmexxi l-ESG alliance. Filfatt kien hemm min stqarr li anke hawn sħabu mhux komdi bih.
Għal min ma kellux ċans jaqra’ l-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia, ha ngħidilkom ftit x’qalet din l-inkjesta dwar il-Perit David Xuereb, kelma b’kelma:
“Il-Bord mhux ser joqgħod lura fil-kejl li jrid isir tal-Perit Xuereb bħala Chairman tal-Bord tal-OHSA. Fid-depożizzjoni li ta quddiem il-Bord, minkejja annunci ta`proġetti ta` ħidma, dwar aspetti kruċjali tal-ħidma tal-Awtorità li kien mistoqsi dwarha mill-Bord, wera li kien maqtugħ mir-realtà ta` kuljum tal-Awtorità u għamel stqarrijiet li kienu dikjarati nveritieri u żbaljati …. Kondotta ta` din ix-xorta hija ċensurabbli u m`għandhiex titħalla għaddejja qisu xejn mhu xejn”.

Parti mir-Rapport tal-Inkjesta Pubblika Jean Paul Sofia li miet fit-3 ta`Diċembru 2022
Din hija parti biss mid-deċiżjoni fil-konfront ta’ dan iż-żatat, li flimkien ma’ Marthese Portelli qabdu kruċjati biex jagħmlu kemm jifilħu ħsara lill-Gvern. U sabiex nivverifika dan u ma noqgħodx biss fuq li jasal lil dan is-sit, kif diġà għidtilkom se nkun qed nagħmilhom xi mistoqsijiet. Qed nirreferi għal-Perit David Xuereb bħala “iż-żatat” għax proprju sħabu hekk isibuh.

David Xuereb magħruf qalb sħabu bħala “iż-żatat” jidher jippoża ma Roberta Metsola ir-Regina tal-Gwerer
Għal-lum nieqaf hawn. Baqalkom ħafna x’tisimgħu. Fuq Dr. Portelli nitkellmu dalwaqt.