Meta Taħseb Li Tkun Sirt Taf Kollox… Tiskopri Aktar

Neville Gafa

~ 1 month ago

Meta Taħseb Li Tkun Sirt Taf Kollox… Tiskopri Aktar

Edward Mizzi huwa dak li aħna l-Laburisti niftakruh bħala tal-pizza. Kien parti mix-show organizzat minn Simon Busuttil, il-Profeta tad-Dlam, fi Triq ir-Repubblika meta ħadu kaxxi li skont huma kienu mimlija evidenza kontra l-Gvern Laburista kif ukoll fuq l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat.

 

Edward Mizzi mal-Kap tiegħu Simon Busuttil

 

Jidher li wara dan kollu, imbierek Alla, Mizzi sar Laburist. Se nerġa’ isostni; Li wieħed ikollu prinċipji Nazzjonalisti aħna nifhmuh u naċċettaw. Li Nazzjonalist isir Laburist merħba wkoll.  Però mhux normali li jkollok Ministru tal-Gvern komdu b’persuna  bħal Edward Mizzi f’awtorità bħal ma hi l-Awtorità tad-Djar. Mhux talli sar Laburist dan, talli qabeż il-kju u ingħata kariga babaw. U tista’ ddum tgħidli li ma qabeż ebda kju għaliex daħal permezz ta’ sejħa, għax se nibqa’ ngħidlek li qabeż il-kju. 

 

Għax wara dawk ix-xenati fi Strada Rjali l-Belt, Edward Mizzi spiċċa bħal persuna fdata mill-Ministru Roderick Galdes, fil-kariga ta ‘ “Senior Manager in the CEOs Office” fl-Awtorità tad-Djar.

 

Iżda meta taħseb li tkun skoprejt kollox, tintebaħ li għadek ma taf xejn.

 

 

Il-bieraħ dan is-sit żvela kif wara l-artikli tal-ġimgħa l-oħra, dan is-sit irċieva mijiet ta’ messaġġi ta’ rabja minn Laburisti, speċjalment mid-Distrett fejn jikkontesta l-Ministru Roderick Galdes. Iġġib għajnejk wara widnejk b’ċertu messaġġi li rċevejna minn Ħal Qormi b’mod partikolari.

 

Però l-kbir għadu ġej, għax jekk ħsibtu li l-ingaġġ ta’ dan in-Nazzjonalist kien każ iżolat, allura sejrin żbaljati.

 

Ibqgħu segwu dan is-sit għal aktar tagħrif relatat. Sadanittant, nitlobkom tibqgħu tagħmlu kuntatt magħna. Nassigurakom li kull korrispondenza tibqa’ kunfidenzjali. 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *