‘O’ Level fl-Accounts ta’ Milenovic

Neville Gafa

~ 2 days ago

‘O’ Level fl-Accounts ta’ Milenovic

 

Kontributur mill-Imġarr ta’ Malta

 

 

Kelli l-opportunita’ li f’dawn il-granet nitkellem ma’ diversi ħbieb tiegħi partikolarment dwar il-livell edukattiv kemm fil-livell sekondarju u post-sekondarju fl-ex Jugoslavja partikolarment fl-era ta’ Josef Bros Tito. Qbadt b’ħarsa partikolari lejn kwalifiċi fl-Accountancy Studies f’dak iż-żmien u speċifikament dak mistqarr mit-taparsi Accountant Miroslava Milenovic fl-inkjesta taġarsi Vitals.

 

Tajjeb li l-qarrejja jkunu jafu li f’livell sekondarju tifla tal-eta’ ta’ Milenovic illum f’dak iż-żmien kienet toqgħod għal eżami li llum hu komparabbli ma’ ‘O’ Level Accounts ta’ London jew Oxford jew simili għal dak tal-MATSEC li tfajla llum li tispiċċa l-edukazzjoni sekondarja Malta tagħmel l-eżami tiegħu fl-eta’ ta’ 16-il sena.

 

Miroslava Milenovic

 

Dan qed jingħad biex huti l-qarrejja ta’ dan il-portal ikunu jafu għal min mhux anqas minn Ewro 1 miljun tħallsu ġo taparsi nkjesta maġisterjali dwar Vitals. Sew ħafna mela – min għandu ‘O’ Level f’Accounts jitħallas Ewro 1 Miljun, mela allura min ikollu Dottorat x’ħaqqu jitħallas?

 

Ħuti l-qarrejja għandhom jaslu għall-konkulzzjonijiet tagħhom.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *