Il-Fidi Mheżża

Neville Gafa

~ 2 days ago

Il-Fidi Mheżża

Minn: Kontributur Kattoliku

 

 

Filwaqt li fid-dinja Kattolika l-kredenti qegħdin jassistu għal Sena Ġubilari tat-Tama’, fil-gżira Għawdxija u anke f’Malta nnifisha min jemmen beda’ isegwi dak li kien ser jitħejja għall-funeral ta’ saċerdot li kien twaqqaf milli jkompli jeżerċita l-ministeru saċerdotali tiegħu. Dan mhux għajr izjed minn Eucharistico Sultana mix-Xagħra.

 

Meta kien Arċipriet tal-istess parroċċa tax-Xagħra kellu diversi każi ta’ abbuż fuq tfal b’mod sesswali. L-istess tfal għamlu l-kuraġġ li jitkellmu u fetħu qalbhom mal-Isqof ta’ dak iż-żmien Mons. Nikol Ġuzeppi Cauchi. L-isqof Cauchi ħa l-passi meħtieġa u assigura li lil min ħatar Isqof warajh dejjem bil-barka tal-Papa Ratzinger, jieħu ħsieb li lil Sultana jwaqqfu milli jkompli jeżerċita l-ministeru saċerdotali tiegħu.

 

 

Hekk fil-fatt ġara. Izda dan miet fl-1 ta’ Marzu li għadda u nies midħla tiegħu mix-Xagħra riedu jagħtuh l-aħħar tislima Kattolika bil-pompa nkluż b’daqq mill-banda tal-lokal, ħruq tan-nar u l-esposizzjoni tiegħu għal qima tal-kredenti. Mhux biss, iżda nsistew li jqaddislu wkoll l-Isqof Anton Tewma.

 

Ġara izda li la ġie espost għall-vernerazzjoni tal-kredenti, la ndaqqu marċi funebri u lanqas ma sar ħruq tan-nar. saret quddiesa letta li anke għaliha m’attendewx xi ħafna nies peress li għadhom imġarrfa mill-għemil żieni ta’ Sultana. Anke l-fatt li qaddes l-Isqof t’Għawdex stunat bil-kbir u wasslet biex f’din is-sena ġubilari l-fidi tal-kredenti tinħass mhedda

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. Maria March 13, 2025

    Vera m’ghandux idea min kiteb dan l-artiklu. Mons. Sultana kien u ghadu mahbub mill-poplu tax-Xaghra. Ghall-funeral tieghu ma kienx hemm fejn taqa’ labra tant kemm attendew nies – tista’ tara r-ritratti minn fuq il-FB page tal-Parrocca tax-Xaghra. Il-poplu tax-Xaghra attenda b’mod spiritwali u religjuz, u ma waqax ghall-intimidazzjoni tal-media.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *