L- Għeġubijiet fl- Awtorità tad-Djar

Neville Gafa

~ 1 day ago

L- Għeġubijiet fl- Awtorità tad-Djar

Roderick Galdes se jibqa’ mfakkar bħala dak il-Ministru li taħt ir-responsabbiltà tiegħu jaħdem Edward Mizzi, dak li kien l-id il-leminija ta’ Simon Busuttil.

 

Edward Mizzi jiġi t-tifel ta’ Eucar Mizzi, President tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex. Arċi Nazzjonalist mill- aktar influwenti fil-PN.

 

Mill-Uffiċċju ta’ min fl-2017 prova jitfagħna fl-Oppożizzjoni, Edward Mizzi sab postu fl-uffiċċju tas-CEO tal-Housing! Dan kollu bil-barka ta’ Roderick Galdes. 

 

 

Iżda llum se nitkellmu dwar sitwazzjoni differenti relatata mal-Awtorità tad-Djar. Fl-aħħar snin, kemm ilha taħt ir-responsabbiltà tal- Ministru Roderick Galdes, kien hemm istanzi fejn persuni ingħataw akkomodazzjoni soċjali. Fl-istess waqt, dawn l-individwi jsiefru ħames jew sitt darbiet fis-sena. Iżuru pajjiżi bħall-Emirati, l-Istati Uniti, Pariġi u Milan fost l-oħrajn. Iżda Alla jbierek is-sapienza t’Alla, skont vetting li sar mill-Awtorità tad-Djar, dawn l-individwi kienu leġibbli għal akkomodazzjoni soċjali. 

 

Iġġib għajnejk wara widnejk ‼️

 

Dan kollu Roderick Galdes ma jistax jiċħdu, għax Malta żgħira u n-nies magħrufa.

 

Fl-artiklu li jmiss nagħtu aktar dettalji.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. Connie March 14, 2025

    no comment ma nistax nifhem

    Reply
  2. Jackie Briffa March 15, 2025

    Jien nixtieq nistaqsi. Huwa minnu li blokka flats quddiem Boffa .Tbattal wiehed ghax minn kien hemm siefer u halka Malta minflok tawh lil xi hadd ghamluh bil files? Jekk inhuwa hekk dnub meta hawn din il problema specjalment gol Furjana.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *