Il- Bikkej ta’ Għawdex jhedded bill-Pulizija

Neville Gafa

~ 1 month ago

Il- Bikkej ta’ Għawdex jhedded bill-Pulizija

L- Onor. Alex Borg, il-bikkej ta’ Għawdex reġa’ bewwel għajnejh. Jidher li l-fatt li għamilt mistoqsijiet dwar ommu, persuna fiċ-ċivil, xejn ma ħa pjaċir.

 

Issa qed jhedded bil-Pulizija. Iridni mmur nagħmel rapport lill-pulizija. Rapport dwar x’hiex? Dwar mistoqsijiet indirizzati lis-Sinjura Mary Debono Borg, Direttur Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Għawdex?

 

 

Hekk sirna issa, ħadd ma għandu dritt jistaqsi? Jien bħala ċittadin għandi kull dritt nistaqsi lil kull persuna fiċ-ċivil, inkluż lil Dr. Debono Borg li tiġi omm dan il-vavu. Id-dmir tagħha huwa li twieġeb għal mistoqsijiet indirizzati lilha. Tikkonferma jew tiċħad. Xejn inqas u xejn aktar.

 

Tafu x’inhi d- differenza bejni u bejn Alex Borg? Li hu jinħeba wara l-privileġġ Parlamentari biex jitkellem dwari.  Beżżiegħ. Jien nitkellem barra.

 

Jien nistaqsi pubblikament fuq il-mezzi soċjali. Għax huwa dritt fundamentali tiegħi li nistaqsi, speċjalment persuna fiċ-ċivil mħallsa mit-taxxi tal-poplu.  Infakkar lil dan il-bikkej x’ kiteb dwari xhur ilu:

 

“Sirt naf li s-Sur Gafa’ mar minn skrivan l-Airmalta għal espert fir-relazzjonijiet dubjużi fil-Libja,  għal impjegat fl-FMS, għal apoloġista ta’ Gvernijiet korrotti lokali u internazzjonali u issa mill-aħħar job description jidher li hu ġurnalist investigattiv.”

 

Onor. Borg, għandi nagħmillek rapport lill-pulizija dwar l-allegazzjonijiet li għamilt dwari li jien “apoloġista ta’ Gvernijiet korrotti lokali u internazzjonali?”

 

X’ridt tgħid biha din?

 

Għall-liema Gvernijiet Internazzjonali qed tirreferi?

 

Isa rabbi l-kuraġġ u semmi liema huma dawn il-Gvernijiet Internazzjonali?

 

Trid nagħtik ultimatum bħal ma int tajt lili? Sewwa qallek il- Prim Ministru – PULĊINELL.

 

Qabel ma nikkonkludi, ser nerġa’ ngħidlek dak li għidtlek dwar missierek tlett ġimgħat ilu. Missierek kien xempju tal-irġulija. Ġieli qattajt siegħat sħaħ nitkellem miegħu. Ma kienx iħossha bħalek. Għadek vavu.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *