Issa ilni dawn l-aħħar 4 xhur, minn Novembru 2024, għaddej b’artikli regolari nesponi t-taħwid, l-intriċċi u s-suspettata mġieba kriminali tal-President tal-MUMN, is-Sur Pawlu Pace.
Għamilt baraxx ta’ mistoqsijiet lil Pawlu Pace nnifsu u ma wieġeb l-ebda waħda. Għamilt ukoll numru ta’ appelli lill-Pulizija, lill-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, lill-Kummissarju tat-Taxxi, lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Hajja Pubblika, lill-Awtorita’ fad-Djar, lill-FIAU, lill-EPPO, lill-Forum Unions Maltin u lill-ċerti ġurnalisti.
Fl-ewwel artiklu tiegħi dwar l-allegati abbużi kriminali minn Pawlu Pace, 4 xhur ilu, kont esklussivament żvelajt li hemm ul-kunsens tal-Avukat Generali biex il-Pulizija tmexxi kriminalment. Naf li l-każ qiegħed f’idejn l-Ispettur tal-Pulizija Wayne Rodney Borg. Hekk ninsab infurmat.
Ċert li l-Ispettur Borg jista’ jikkonferma dak li żvelajt jien, jiġifieri li hemm il-kunsens tal-AG. Naf ukoll li l-ġimgħa d-dielha l-Ispettur Borg se jkompli, possibilment itemm ukoll, l-interrogazzjoni ta’ Pawlu Pace.
Jekk dan hu l-każ, wieħed jistenna li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar il-Pulizija tkun f’pożizzjoni li tgħaddi għall-pass li jmiss.